Sorpriża kif jiġi kkonfermat li Ivan Camilleri huwa l-ġurnalist prim ta’ The Shift

Ikkonfermata fl-aħħar li l-eks ġurnalist tal-gazzetta The Times kien informa lin-negozjant Yorgen Fenech li kien se jiġi arrestat mill-pulizija huwa infatti l-kittieb prim għall-pjattaforma The Shift

Ikkonfermata fl-aħħar li l-eks ġurnalist tal-gazzetta The Times kien informa lin-negozjant Yorgen Fenech li kien se jiġi arrestat mill-pulizija huwa infatti l-kittieb prim għall-pjattaforma The Shift. Dan seta’ jagħmlu għax dak iż-żmien kien jaħdem fin-Newsroom tat-Times u kien jisma’ x’qed jingħad.  

U minkejja r-rabtiet fil-qrib ma’ Yorgen Fenech, ikkunsidrat bħala l-persuna wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jidher ċar li Caroline Muscat, is-sid ta’ The Shift, xorta baqgħet tuża s-servizzi ta’ Ivan Camilleri.  

Camilleri huwa magħruf għall-kitbiet kattivi u personali tiegħu. Il-karriera tiegħu mat-Times spiċċat ħesrem wara li nkixef mill-MaltaToday u l-gazzetta ILLUM li kien involut f’serq minn supermarket fin-Naxxar. Jiġi ħu Alan Camilleri li kien il-PRO ta’ Lawrence Gonzi, u wara serva wkoll bħala kap eżekuttiv tal-Malta Enterprise. 

Dakinhar Camilleri kien innega li kien seraq imma mbagħad fil-Qorti wieħed mis-sidien tas-supermarket Ray Mintoff kien ikkonferma taħt ġurament li Camilleri kien instab jisraq mis-supermarket permezz ta’ filmati fuq CCTV.  

Camilleri baqa’ jinnega li kien seraq imma waqt is-smigħ f’libelli kontra Saviour Balzan u l-MaltaToday, tant kien adamanti li l-gazzetta The Times kienu ħarġu jiddefenduh f’editorjal. Sakemm ftit ġimgħat wara, messaġġi fuq Whatsapp illikjati minn Jason Azzopardi stess li jservi bħala l-avukat tal-familja Caruana Galizia, indikaw li Ivan Camilleri kien informa lil Yorgen Fenech li l-pulizija kienu se jarrestawh. Kien hemm ukoll indikazzjonijiet fiċ-chats li Camilleri kien tħallas minn Yorgen Fenech fix-xhur ta’ qabel. 

Insibu wkoll iktar sorprendenti li fl-aħħar ġranet kien il-Ministru Silvio Schembri li kien jaf li Ivan Camilleri kien il-kittieb tal-artikli kontrih. U mbagħad ġara dak li ġara, u Schembri indika fir-risposta għal inkjesta maġisterjali kif Camilleri kien iddikjara li dak li kien kiteb dwar Silvio Schembri ma kienx minnu.    

Dan kollu spiċċa biex kulħadd beda jistaqsi kif Caroline Muscat kienet lesta taċċetta dan kollu u kulħadd f’daqqa waħda beda jinduna min kien il-moħħ wara ħafna mill-istejjer ta’ ħdura li kienu jiġu ppubblikati fil-pjattaforma The Shift. Minkejja kollox, Muscat qalet lil nies qrib tagħha li mhux se tniżżel l-istejjer dwar Silvio Schembri u se tkompli tħambaq fuq l-allegazzjonijiet li ħarġu fl-istejjer. 

More in Politika