Il-Partit Momentum staqsa lill-Kummissarju għall-Istandards sabiex jinvestiga l-Ministri kollha, u s-Segretarji Parlamentari hekk kif ħadd minnhom ma ppreżenta id-dikjarazzjoni tal-assi fl-2023.
Iċ-Chairperson Arnold Cassola kiteb fl-ittra tiegħu lill-kummissarju li d-dikjarazzjonijiet riedu jiġu ppreżentati sa’ Marzu tal-2024.
Il-membri tal-Kabinett kollha, inkluż il-Prim Ministru, huma obligati sabiex jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom fil-parlament, skont il-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari. Dawn is-soltu jiġu ppreżentati bejn Marzu u April.
Madanakollu, id-dikjarazzjonijiet tal-assi għall-2023 ma ġewx ippreżentati s-sena l-oħra fil-fatt baqgħu mhux aċċessibli għall-pubbliku.
“Il-fatt li ma ssottomettewx id-dikjarazzjonijiet tal-assi huwa testimonjanza għad-disrispett aroganti lejn it-trasparenza u ċ-ċittadin,” kiteb Cassola.
F’deċiżjoni li ttieħdet iżjed kmieni din il-ġimgħa, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li hu ma jistax iġiegħel lill-Prim Ministru u l-Kabinett tiegħu sabiex jippreżentaw dawn id-dikjarazzjonijiet. Din d-deċiżjoni ġiet mitluba mid-Deputat tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina.
Barra minn hekk, Farrugia ikkonferma li d-dikjarazzjonijiet tal-assi ġew sottomessi kull sena, skont tradizzjoni li ilha għaddejja 30 sena. L-Ispeaker innota wkoll li kien kemm tliet darbiet matul dawn it-30 sena fejn dawn id-dikjarazzjonijiet ma ġewx ppreżentati, bl-iżjed waħda riċenti kienet fl-2007.
Intant, l-Ispeaker ħa d-deċiżjoni li l-kodiċi tal-ettika mhiex infurzabbli bil-liġi u din hi f’idejn il-Prim Ministru sabiex jiddeċidi jekk jippreżentawx id-dikjarazzjoni jew le.