Għad hemm 51 persuna impjegati mal-Air Malta plc, u li flimkien jaqilgħu total ta’ €2.28-il Miljun fis-sena.
Dan sar magħruf wara li saret domanda parlamentari mill-Kelliem għat-Turiżmu tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana.
Caruana m’elaborax fuq il-karigi tal-51 impjegat jew il-paga ta’ kull wieħed minnhom.
L-aħħar vjaġġ tal-Air Malta, wara iktar minn 50 sena fl-ajru, sar is-sena l-oħra, qabel ma ħadet postha KM Malta Airline.
L-ewwel linja tal-ajru nazzjonali ta’ Malta ġiet mwaqqfa formalment fl-1 t’April tal-1973.
Air Malta kienet il-frott tal-Prim Ministru Laburista Duminku Mintoff, waqt li Malta kienet għaddejja mill-proċess tal-industrijalizzazzjoni u kienet għadha qed issib saqajha ekonomikament wara li telqu l-forzi Ingliżi fl-1979. L-Oppożizzjoni kkritikat il-linja tal-ajru emerġenti, bit-twemien li l-ajruplani, deskritti minnhom bħala ‘għasafar taċ-ċomb’ ma kienux ħa jdumu jtijru.
Minn barra l-irwol kruċjali tagħha, matul is-snin l-linja tal-ajru saret aġenzija tax-xogħol għal min kien fil-gvern, b’nies minn ta’ ġewwa miż-żewġ partiti kbar isibu xogħol sħun fiha.
Politikanti miż-żewġ naħat tal-parlament ippruvaw iweħħlu f’xulxin bħala l-kawża tal-falliment tal-Air Malta. Mid-deċiżjoni li ttieħded fin-nofs tad-90ijiet taħt amministrazzjoni Nazzjonalista sabiex issir fergħa reġjonali tal-Air Malta bl-ajruplani tagħha, sad-deċiżjoni tal-gvern Laburist sabiex jespandi d-destinazzjonijiet b’rotti li ma jrendux profitt wara l-2017, kull amministrazzjoni kellha sehemha fil-mewta inevitabbli tal-Air Malta.
Tentattivi sabiex tigi salvata l-linja tal-ajru kienu ineffetivi u meta l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat salvataġġ mill-gvern, ma kienx għad fadal post għal-Air Malta fid-dinja tal-ivvjaġġar bl-ajru. Il-linja tal-arju iġġieldet biex issib postha mall-iġganti għal 30 sena sakemm ingħalqet.
Il-Gvern kellu jfassal pjan ġdid ta’ kif l-Air Malta kellha twaqqaf l-operazzjonijiet tagħha darba għal dejjem, u tiġi ssostitwitha minn linja tal-ajru nazzjonali oħra.