Ġurnalisti u opinjonisti fuq Xtra jduru l-avvenimenti li bnew l-2024
Xtra jitkellem ma' erba’ ġurnalisti u opinjonisti dwar l-aktar avvenimenti importanti tas-sena mill-perspettiva tal-pinna tagħhom
More in Politika
Xtra jitkellem ma' erba’ ġurnalisti u opinjonisti dwar l-aktar avvenimenti importanti tas-sena mill-perspettiva tal-pinna tagħhom
B'jumejn biss qabel nsellmu l-2024, Xtra staqsa erba’ ġurnalisti u opinjonisti biex jirriflettu dwar l-aktar avvenimenti importanti tas-sena, u joffru l-fehmiet tagħhom minn perspettiva tal-pinna tagħhom.
Jitkellem it-Tnejn filgħaxija, fuq TVM, Karl Azzopardi, l-editur tal-portal online MaltaToday, semma’ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali bħala mumenti politiċi sinifikanti għalih. Madankollu, Azzopardi żied li l-inkjesta Vitals kienet l-istorja bl-akbar impatt.
Azzopardi jemmen li l-importanza ta’ din l-istorja se tkompli tiżviluppa, u jkollha impatt politiku kemm fuq il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista. “Meta nħarsu lura lejn l-2024, nemmen li naqblu li din kienet l-ikbar storja” temm jgħid.
L-opinjonista Michael Falzon qabel ma Azzopardi, iżda esprima tħassib dwar in-nuqqas ta’ azzjoni wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta.
Ruslana Barbara, ġurnalista ma’ ONE News, semmiet il-ftehim bejn il-partiti politiċi ewlenin ta’ Malta rigward l-għażla tal-President Myriam Spiteri Debono wara r-riformi kostituzzjonali.
Hija wkoll semmiet avvenimenti oħra rilevanti, inkluż il-ħatra ta' Kummissarju Ewropew ġdid u l-konferenza tal-Ministri tal-OSCE li saret f’Malta.
Francesco Catania, ġurnalist ma’ NET News, iddeskriva l-2024 bħala sena mimlija skandli u episodji. "b'skandlu, kwaċi jnessi lill-ieħor.
Wara li rrikonoxxa l-isforzi tal-Kap tal-PN Bernard Grech li "qed iħallu frott," Catania ammetta li l-suċċessi tal-PN, bħall-elezzjonijiet ta’ Ġunju, kienu wkoll riżultat ta’ nuqqasijiet tal-gvern.