Il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li Clayton Bartolo rreżenja mill-kariga tiegħu wara allegazzjonijiet ġodda marbuta mal-mara tiegħu, Amanda Muscat.
Jindirizza l-midja, It-Tlieta filgħodu, il-Prim Ministru mingħajr ma jikkummenta fuq l-affarijiet preċiżament, qal li Bartolo, kellu jirreżenja mill-kariga tiegħu.
Abela saħaq li r-reżenja ta’ Bartolo kienet dovuta għal informazzjoni ġdida, li m’għandha x’taqsam xejn ma’ dak li kien instab mill-Kummissarju għall-Istandards. Minkejja dan, il-Prim Ministru rrifjuta li jagħti aktar dettalji dwar din l-informazzjoni.
Fuq domanda dwar il-futur ta’ Bartolo, Abela ikkonferma li mhux biss il-ministru ġie mneħħi mill-kabinett, iżda ġie wkoll mneħħi mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista.
Għaldaqstant, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-viċi Prim Ministru, Ian Borg, ser jieħu l-portafoll tat-turiżmu, li huwa wieħed mill-akbar portafolli fil-gvern.
Mistoqsi jekk Amanda Muscat għandhiex treġġa lura l-pagi mhux ġustifikati li rċeviet mingħand il-Gvern, Abela wieġeb li hi ser tirkupra l-flus.