Id-Dipartiment tal-Kummerċ f’kundizzjonijiet inumani: Impjegati imbeżża, id-direttur jinsisti li kollox taħt kontroll

Skont informazzjoni miksuba minn ILLUM minn ħaddiem li qed jaħdem hemm din is-sitwazzjoni ilha għaddejja għal snin twal, b’uffiċjali jaħdmu f’kundizzjonijiet li saħansitra jistgħu jkunu perikolużi għas-saħħa tagħhom

Ritratti mibgħuta lill-ILLUM juru l-istat li fih jinsab id-Dipartiment tal-Kummerċ
Ritratti mibgħuta lill-ILLUM juru l-istat li fih jinsab id-Dipartiment tal-Kummerċ

Impjegati fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jaħdmu “f’infern ta’ bini bi struttura non-eżistenti u perikolużi.” Skont informazzjoni miksuba minn ILLUM minn ħaddiem li qed jaħdem hemm din is-sitwazzjoni ilha għaddejja għal snin twal, b’uffiċjali jaħdmu f’kundizzjonijiet li saħansitra jistgħu jkunu perikolużi għas-saħħa tagħhom. 
 
"Il-kundizzjonijiet li qegħdin fihom huma redikoli, qed nistennew traġedja tiġri,” qal il-ħaddiem. 

It-telefonata mal-ħaddiema tat stampa ta’ struttura f’sitwazzjoni diżastruża, bi soqfa li qed iċedu, ħitan mkissra, u kurituri i li jheddu s-sigurtà tal-ħaddiema u dawk li jpassu minn barra.  

Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM

Il-ħaddiem qal lill-ILLUM li huwa “redikolu” li għadhom sa issa b’tiolets imkissra, u soqfa li qatt ma raw dawra manutenzjoni, filwaqt li l-ilma jidħol minn kullimkien meta tagħmel ix-xita.” Huwa semma kif tkellmu kemm il-darba u saħansittra ġew mitkellma mill-Uffiċju tal-Prim Ministru stess dwar dan kollu. 

Għaldaqstant, il-ħaddiem qal li meta l-OPM tkellmu mad-direttur tagħhom, dan pinġa stampa ta “kollox taħt kontroll,” filwaqt li wara ma ġara xejn. 

Mistoqsi xi jridu li jseħħ, il-ħaddiem qal li jippretendu li jkunu sikuri fil-post tax-xogħol tagħhom. “Mhux nitolbu li nmorru naħdmu portomaso, imma li jaghmluh post uman u idonju,” huwa dlonk wieġeb. 

Fil-binja hemm bejn wieħed u ieħor 60 ruħ, bl-impjegati jaħdmu ġieli mid-dar, u ġieli mill-uffiċju. 

Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM

Godwin Warr jiddefendi ruħu, jgħid li manutenzjoni qed iseħħ b’mod regolari 

Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mad-direttur tad-dipertiment, Godwin Warr. Lil Warr il-ħaddiema akkużawh illi ġie mitlub jitkellem mal-OPM dwar is-sitwazzjoni, u ħalla kollox għaddej kif inhu. 

Mal-gazzetta Warr iddefenda lilu nnifsu billi nnota illi l-bini huwa wieħed storiku u allura antik. Qal li minħabba f’hekk “manutenzjoni regolari u kontinwa hija essenzjali” 

Warr qal li "hemm tliet proġetti ta' rinovar" għaddejjin. Barra minn hekk, huwa saħaq li l-Kummissjoni għall-Ippjanar (PA) qed tistenna l-permessi għall-binja u s-salvataġġ tal-kuritur estern. 

Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM

“Barra minn hekk, id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jistenna l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal xogħol propost fuq kuritur estern. Sadanittant, id-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Tindif huwa impenjat f’ristrutturar ġenerali,” żied jgħid. 

Rigward l-akkuża tal-ħaddiema illi l-OPM talbet lil Warr jitkellem magħha, id-Direttur semma li d-Diviżjoni tal-Poplu u l-Istandards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġiet infurmata bix-xogħlijiet meħtieġa, u rappreżentant mid-direttorat żar il-post. 

Huwa ammetta wkoll li l-Ministeru għall-Ekonomija ma ġietx infurmata bil-manutenzjoni li qed isir, peress li d-dipartiment b’mod indipendenti beda’ dawn ix-xogħlijiet waħdu. 

Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM
Ritratti: Mibgħuta lill-ILLUM

Il-Gazzetta ILLUM ikkonfermat daw kollu mal-Ministru għall-Ekonomija, fejn hu stess ikkonferma li ma kienx informat. 

More in Politika