Ħames kandidati fallew milli jissottomettu d-dikjarazzjoni finanzjarja tagħhom rigward id-dħul u l-infiq matul il-kampanja elettorali ta' Ġunju. Dan minkejja li l-liġi tobbliga lill-kandidati kollha jagħtu dikjarazzjoni ġuramentata lill-Kummissjoni Elettorali dwar id-dettalji finanzjarji tal-kampanja tagħhom.
Il-kandidat Nazzjonalista Lee Bugeja Bartolo, l-eks Sindku Laburista Conrad Borg Manché, il-kandidat tal-Imperium Europa Terrence Portelli, kif ukoll l-indipendenti Noel Apap u Adrian Zammit, kollha kienu rrapportati.
The Times of Malta rrapportat il-Ħimgħa filgħosu kif il-Kap tal-Kummissjoni Elettorali, Joseph Camilleri, ikkonferma li dawn il-ħames każijiet ġew riferuti lill-Kummissarju tal-Pulizija, kif meħtieġ bil-liġi.
Għalkemm l-ommissjoni hija definita bħala "prattika illegali," il-liġi toffri ċans ieħor lill-kandidati biex jissottomettu d-dikjarazzjoni tagħhom jew jiġġustifikaw in-nuqqas tagħhom jekk jiġu mixlija fil-qorti.
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma formoli standardizzati li jitolbu informazzjoni bażika dwar l-infiq u d-dħul tal-kampanja. Dan il-proċess japplika kemm għal kandidati f’elezzjonijiet ġenerali kif ukoll f’elezzjonijiet Ewropej.
‘Ma ġejtx ikkuntattjat mill-Kummissjoni’
Fir-reazzjoni tiegħu għal dan, Conrad Borg Manché qal li qatt ma rċieva komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni Elettorali rigward il-bżonn li jippreżenta dikjarazzjoni.
“Se nkun qed nikkuntattja lill-Kummissjoni Elettorali biex nagħtihom dak kollu li hemm bżonn,” qal Borg Manché, fejn irrimarka li diġà kien iddikjara pubblikament li l-kampanja tiegħu, li kienet qasira, swietlu €1,600.
Dan l-infiq kien esklussivament fuq boost posts fuq Facebook, għax ma organizzax riċevimenti jew ippubblika materjal promozzjonali.
Bugeja Bartolo qal ukoll li ma kienx ikkuntattjat mill-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni u żied jgħid li "se nkun qed nagħtihom l-informazzjoni kollha meħtieġa."