Il-PL jibqa' jiddomina fuq il-PN b'kważi 20,000 vot, minkejja li jitlef l-appoġġ elettorali

Is-sondaġġ jissuġerixxi li l-Partit Laburista jaf jitlef il-maġġoranza bi ftit, iżda minflok igawdi l-PN, huma t-tielet partiti jew kandidati indipendenti li jirbħu l-appoġġ

Il-Partit Laburista jibqa’ jiddomina fuq il-Partit Nazzjonalista b’19,864 vot, minkejja li tilef ħafna mill-appoġġ elettorali tiegħu.

L-aħħar sondaġġ politiku ta’ MaltaToday, li seħħ bejn it-3 u l-10 ta’ Mejju, wera li l-appoġġ tal-Partit Laburista niżel minn 50.7% għal 49.4%, bl-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista jonqos ukoll.

Minkejja li s-sondaġġ sar fl-aktar żmien turbolenti għal PL din is-sena, l-appoġġ tal-PN niżel għal 41.7%, bil-kandidati indipendenti u l-partiti ż-żgħir jagħmlu l-akbar gwadan (8.9%).

Intant il-persuni li wieġbu li mhux se jivvottaw huwa akbat minn qatt qabel, b’69% biss jgħidu li f’Ġunju li ġej se jivvotaw.

Is-sondaġġ jissuġerixxi li l-Partit Laburista jaf jitlef il-maġġoranza, iżda minflok igawdi l-PN, huma t-tielet partiti jew kandidati indipendenti li jirbħu l-appoġġ.

Dan għaliex li waqt li l-PL jitlef 3.9% tal-votanti li vvutawlu fl-2022, il-PN jitlef 4.5%.

Is-sondaġġ jinnota kif persentaġġ żgħir ta’ votanti se jivvuttaw lill-partit kbir l-ieħor, bil-PL jitlef 4.4% għal PN, u 0.4% tal-PN imorru għand il-PL.

Il-fiduċja bejn il-mexxejja toqrob bi ftit imma l-maġġoranza ma jafdaw lil ħadd

Il-fiduċja bejn il-mexxejja toqrob bi ftit imma l-maġġoranza ma jafdaw lil ħadd
Il-fiduċja bejn il-mexxejja toqrob bi ftit imma l-maġġoranza ma jafdaw lil ħadd

Il-maġġoranza ta’ votanti eleġibbli jgħidu li ma jafdaw lill-ebda mill-mexxejja, la lill-Prim Ministru Robert Abela u lanqas il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Filwaqt li l-fiduċja f’Abela ssabtet minn 45.9% għal 36.8%, il-fiduċja ta’ Grech telgħet minn 21.7% għal 26.1%.

Madankollu l-isfiduċja fit-tnejn żdiedet bil-wisq, bil-maġġoranza, partikolarment dawk bejn is-16 u l-35 sena, jgħid li ma jafdaw lil ħadd. Fil-fatt minn 42.9%, 56% tal-votanti jwieġbu li ma jafdawx il-mexxejja tal-partiti l-kbar.

Irridu ngħidu, li l-isfiduċja f’Grech matul l-aħħar snin minn dejjem kienet tilgħab, iżda l-isfiduċja ta’ Abela jaf ġiet sforz is-sitwazzjoni li spiċċa fiha minħabba l-eks prim ministru Joseph Muscat.

Ma nistgħux ma nirrikonnoxux li partitarji Laburista bħalissa huma maqsuma bejn dawk li jħossuhom traduti minn dak li qed jiġi alleggat fuq l-istillel tal-partit, u dawk traduti għax qed jaraw “attakk terroristiku politiku” fuq l-eks mexxej tagħhom.”

Sintendi dan kollu qed jilgħab rwol importanti, b’Robert Abela jipprova ma jtappanx l-isfiduċja tal-ebda faxxa fil-partit.

Nota editorjali: Dan l-artiklu ġie aġġornat fis-6:26pm, minħabba żball fil-figuri tal-fiduċja bejn il-mexxeja.

More in Politika