Nazzjonalisti jibqgħu l-art minkejja li ħafna Laburisti jgħidu li mhux se jivvutaw
Sondaġġ mill-gazzetta oħt il-MaltaToday juri li l-astenzjoni ta’ dawk li se jivvutaw żied b’mod radikali
More in Politika
Sondaġġ mill-gazzetta oħt il-MaltaToday juri li l-astenzjoni ta’ dawk li se jivvutaw żied b’mod radikali
Sondaġġ mill-gazzetta oħt il-MaltaToday juri li l-astenzjoni ta’ dawk li se jivvutaw żied b’mod radikali. Il-figura, ta' min se joħroġ jivvota issa tmiss 71% mill-figura ta’ 77% tal-aħħar sondaġġ. Imma minkejja li l-Labour naqas, il-PN ma żdiedx fil-voti. Is-sondaġġ sar qabel ma ħarġet l-aħbar li l-inkjesta dwar il-Vitals tlestiet u li Joseph Muscat ma kienx se jikkontesta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Imma minkejja li qed jitlef, il-Labour xorta għandu maġġoranza assoluta ta’ 51% tal-voti, 2 punti inqas mill-aħħar sondaġġ. Il-PN għandu 44%, punt iktar mill-aħħar darba. U skont is-sondaġġ 5% biss se jivvutaw għall-partiti ż-żgħar li jinkludu l-Imperium Ewropa, ADPD u kandidati indipendenti bħal Arnold Cassola.
Il-Labour għandu bżonn jirbaħ it-23% ta’ dawk li vvutawlu fl-elezzjoni tal-2022 li qed jgħidu li mhux se jivvutaw. Il-PN qed ikollu aktar ċans ta’ suċċess li jżomm lil dawk li vvutawlu fl-2022. Infatti 83% ta’ dawk li qalu li jivvutaw għall-PN fl-2022, qalu li se jerġgħu jivvutaw għall-PN ukoll.
L-iktar reġjun fejn hemm Laburisti li qed jgħidu li mhux se jivvutaw huwa fix-Xlokk ta’ Malta ddominat mill-irħula taż-Żejtun, Marsaxlokk u Marsaskala. Laburisti li qed jgħidu li mhux se jivvutaw żdied minn 25% għal 33%.
Is-sondaġġ juri li l-Labour qed jirbaħ fi tliet reġjuni; ix-Xlokk, in-Nofsinhar tal-Port il-Kbir u Għawdex.
Il-PN qed jiddomina fit-Tramuntana ta’ Malta u b’daqsxejn vantaġġ (2 punti) fil-Punent fejn insibu l-irħula ta’ Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ.
Minn lenti demografika, il-Labour mhux sejjer tajjeb ma’ dawk li jdaħħlu inqas minn €1,000, imma mbagħad b’saħħtu ma’ dawk li jaqilgħu bejn 3,001 u €4,000. Fuq l-€4,000, il-PN huwa rebbieħ.
Sinjal inkwetanti għal-Labour huwa l-fatt li f’kull età jibqa’ rebbieħ, imma ma’ dawk ta’ ’l fuq minn 65 sena huwa inqas popolari mill-PN minħabba li l-Laburisti qed jgħidu li ma jridux jivvutaw.
Wieħed irid jara x’se jiġri wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħareġ jattakka dak li hu ddeskriva bħala l-establishment u kien iebes fil-konfront tal-Maġistrat Gabriella Vella li kienet il-ġudikant li għamlet l-inkjesta dwar il-Vitals.
Pie chart
51% Labour
44% PN
5% Oħrajn