Il-Partit Nazzjonalista wiegħed li jippubblika manifest elettorali għal kull lokalità f’Malta u Għawdex.
Iniedi l-kampanja tiegħu l-Ħamis waranofsinhar, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-PN dejjem emmen liċ-ċittadin għandu l-ogħla libertà biex jipparteċipa fil-politika lokali. Xhieda ta’ dan, Grech semma kif fl-1993, il-PN introduċa l-kunsilli lokali, li għalihom Malta se tivvotta f’Ġunju li ġej.
Huwa semma kif kunsilla prospettivi tal-PN huma magħquda b’għan wieħed, dak li kull villaġġ u raħal f’Malta jgħaddu minn studju, li jwassal għal investiment neċċessarju ta’ infrastruttura għas-snin li ġejjin.
Wiegħed li l-partit se jagħmel biżżejjed pressjoni sabiex il-gvern jassigura li toroq magħluqin ma jsiru qatt bl-addoċċ jew b’mod perikoluż, lanqas b’tali mod li jostakolaw id-dħul jew ħruġ ta’ villaġġ jew raħal.
Kunsilliera tal-PN, Grech żied jgħid, se jagħmlu li jistgħu biex jassigguraw indafa fil-lokalità u lesti wkoll jaqbdu l-barri minn qrunu fi kwistjonijiet bħal ġbir ta’ skart.
“Kunsilli Lokalli għandu jkollhom kull poter biex jieħdu azzjonijiet bħal dawn, u mhux biss ikunu l-customer office, bħal mal-Partit Laburista jixtieqhom ikunu,” Grech temm jgħid.