Tiswijiet lejn is-Swieqi u attivita lejn Kordin iwaħħlu Malta bi traffikku

Traffikku liema bħalu nġema’ dalgħodu minn Kordin f’Raħal Ġdid għal San Ġiljan, kawża ta’ xogħolijiet li qed isiru fit-tramuntana ta' Malta u attivita organizzata għal Eid al-Fitr f'Raħal Ġdid

Ritratt: Arnold Cassola / Facebook
Ritratt: Arnold Cassola / Facebook

Traffikku liema bħalu nġema’ dalgħodu minn Kordin f’Raħal Ġdid għal San Ġiljan, kawża ta’ numru ta’ fatturi.

Facebook dalgħodu kien miżgħud b’ritratti ta’ persuni maqbuda fis-serbut traffiku li nġema’ f’partijiet differenti ta’ Malta.

Waħda mill-problemi li mid-dehra kkawżat dan it-traffikku hija x-xogħol li bħalissa qed isir minn Infrastructure Malta fin-naħat tas-Swieqi.

Persuni fuq Facebook irraportaw kif il-karozzi fi Triq Reġjonali, direzzjoni għal Paceville, kienu prattikament wieqfa.

Il-ġimgħa l-oħra, l-aġenzija tat-toroq infurmat li xi xogħol bil-lejl għandu jassigura li ż-żoni ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli inkluż fuq il-pont tas-Swieqi sabiex jinbidel il-wiċċ ta’ din it-triq.

Ix-xogħol kellu jsir matul il-lejl iżda ritratti fuq il-midja soċjali wrew it-triq għadda magħluqa, b’indikazzjonijiet li t-triq infetħet biss ftit mumenti ilu.

It-traffikku tant kien qawwi li affetwa wkoll iż-żoni madwar l-Università ta’ Malta, l-isptar Mater Dei u l-mini kollha ta’ Santa Venera.

Min-naħa l-oħra, fiż-żoni ta’ nofsinhar ta’ Malta, t-traffikku kien akkawżat minn attivista organizzata fil-Moskea ta’ Raħal Ġdid.

Ritratti taż-żona wrew ċelebrazzjonijiet ta’ Eid al-Fitr, l-avveniment li jiċċelebra t-tmiem imqaddes tar-Ramadan.

Infatti it-triq quddiem il-Moskea, hi parzjalment magħluqa.

'L-idjoti ta' Infrastructure Malta qed jeqirdu t-toroq'

Fuq Facebook, il-kandidat indipendenti Arnold Cassola, akkuża l-Infrastrcuture Malta li qed jeqirdu t-toroq f’Malta.

“L-idjoti ta' Infrastructure Malta jridu jkomplu jeqirdu lil Malta bil-flyovers fl-Imsida u s-Swieqi,” huwa qal wara li tefa’ wkoll numru ta’ ritratti.

More in Politika