PN: Minn €14-il miljun għal €37 miljun spiża għal 47 ġurnata kiri ta' 'żewġ generators'

Il-PN ikkritika l-ftehim li għamel il-Gvern biex jinvesti €37 miljun flok €14-il miljun għall-użu ta’ żewġ generators għal 47 ġurnata

Powerstation ta' Dellimara
Powerstation ta' Dellimara

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn fiha kkritika d-deċiżjoni tal-Gvern li jonfoq  €37 miljun flok €14-il miljun għall-użu ta’ żewġ generators għal 47 ġurnata.

Ix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Ryan Callus saħaq li din l-ispiza ta' €37 miljun hija frott id-dilettantiżmu fil-politika tal-enerġija ta' pajjiżna, dan wara li skont il-PN falliet is-sistema tad-distribuzzjoni is-sajf li għadda għax ġiet traskurata f'dawn l-aħħar 10 snin u issa anke l-porvvista tal-ġenerazzjoni mhux tlaħħaq mad-domanda, ammissjoni li Callus qal saret mill-Inġinier Ryan Fava, li tkellem ta' inġinier, responsabbli mit-tmexxija tal-Enemalta. 

 

Callus kompla jenfasizza  fuq l-ironija li l-PL għażel li jmur lura għad-diesel wara li kien ilu jisħaq fuq il-ħsara li jagħmel id-diesel, tant li kien laqqat il-kliem "fabbrika tal-kanċer”.

 

 

 

 

 

 

More in Politika