Il-grupp parlamentari tal-PL se jiddiskuti t-talba ta’ Cutajar biex tirritorna, Abela jgħid

Il-PM Robert Abela qal li l-partit ser jikkonsidra r-ritorn ta’ Rosianne Cutajar fil-grupp parlamentari Laburista 

Il-PM Abela qal li Rosianne talbet biex tiġi integrata mill-ġdid fil-grupp parlamentari Laburista
Il-PM Abela qal li Rosianne talbet biex tiġi integrata mill-ġdid fil-grupp parlamentari Laburista

Il-Partit Laburista jista’ jara r-ritorn tal-ex membru tiegħu, Rosianne Cutajar, Il-PM Abela qal is-Sibt waranofsinhar.  

“Hija talbet biex tiġi integrata mal-grupp parlamentari tal-Partit Laburitsa ” qal Abela waqt intervista esklussiva mal-RTK 103, lill-preżentatur Andrew Azzopardi. 

“Hija talbet biex tiġi integrata mill-ġdid mal-grupp parlamentari Laburista u din se tiġi diskussa u pproċessata mill-istaturi tal-Partit” qal il-PM Abela waqt l-intervista. 

Rosianne Cutajar kienet tneħħiet mill-grupp parlamentari Laburista wara li ġew żvelati Whattsapp chats bejnha u Yorgrn Fenech mill-2019. Fost il-mesaġġi li ntbgħatu, Cutajar qalet lil Fenech li ser tfittex konsulenza mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS); sussegwentement ħadet il-konsulenza tal-ITS. 

F’kummenti lill-MaltaToday aktar kmieni dan ix-xahar Robert Abela kien qal li jkun krudili għalih li ma jerġax jikkunsidra r-riintegrazzjoni ta’ Cutajar fil-grupp parlamentari Laburista. Abela kompla bl-istess narrativa meta tkellem dwar l-eks ministru Justyne Caruana, li kienet sfurzata tirriżenja wara ksur ta’ etika li fiha tat kuntratt ta’ €15,000 lis-sieħeb tagħha Daniel Bogdanovic. 

"Il-bieb huwa miftuħ għal Justyne iżda l-unika ħaġa li twaqqafha hija t-tpattija li tirċievi ladarba tidħol lura fil-ħajja politika," qal Abela lil Azzopardi. 

Mistoqsi dwar jekk il-passi biex jiġu integrati mill-ġdid il-Membri Parlamentari mkeċċija kinux sforz biex jerġgħu jingħaqdu mal-votanti tal-bażi tal-partit, Abela insista li jemmen fit-tieni ċansijiet. 

“Juri d-differenza bejn iż-żewġ partiti. Wieħed jemmen fit-tieni ċansijiet, filwaqt li l-establishment tal-partit l-ieħor ifittex li jiddemonizza lil kull min jazzarda jikkritikahom,” qal Abela, botta sottili fuq blog li għamel Manuel Delia fuq l-eks deputat Franco Debono.  

Delia kien qabbel ir-ritorn ta’ Franco Debono fix-xena politika ma’ “tumur li jerġa’ jitfaċċa”. 

Mistoqsi jekk l-istess prinċipju għadux jgħodd ukoll għal Keith Schembri, Konrad Mizzi u Chris Cardona, Abela qal li ċirkostanzi differenti jirrikjedu kunsiderazzjonijiet differenti. 

Muscat għall-MPE 

Mistoqsi dwar xnigħat fuq il-possibbiltà tar-ritorn fil-ħajja pubblika għall-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Abela qal li mhux se jkun hu li jfixkel lil Muscat. 

“Jekk jiddeċiedi li jikkontesta [l-elezzjoni tal-MEP ta’ Ġunju], għaliex ngħid le,” stqarr Abela.  

Huwa faħħar lill-predeċessur tiegħu, u qal li Muscat mexxa riformi soċjali u ekonomiċi kbar matul il-kariga tiegħu bejn l-2013 u l-2019. 

Mistoqsi dwar jekk il-konklużjonijiet possibbli tal-inkjesta Vitals jinkwetawx lill-Partit Laburista, Abela ħarab mill-mistoqsija u minflok għażel li jiffoka fuq għaliex il-konklużjonijiet għadhom ma sarux pubbliċi aktar minn erba’ snin mill-bidu tagħha. 

"L-inkjesta kellha tkun magħluqa wara 60 jum, u issa qegħdin erba' snin fl-inkjesta, u ma rajna l-ebda riżultat," saħaq Abela.  

"It-tħassib tiegħi mhuwiex leġittimu jekk damet erba' snin biex tiġi ffinalizzata l-inkjesta, biex ir-riżultati joħorġu biss xhur biss qabel l-elezzjoni Ewropea?" qal Abela lil Azzopardi. 

Huwa kkundanna l-avukat Jason Azzopardi mingħajr ma semmieh b’ismu talli xered informazzjoni mill-inkjesta “għal aġenda personali tiegħu”. 

Elezzjonijiet MPE 

Meta tkellem dwar l-elezzjonijiet tal-MPE li ġejjin, Abela qal li l-pajjiż irid jiżgura li jkollu nies li verament jirrappreżentawhom, u mhux uffiċjali eletti li jaħdmu kontra Malta. 

“Rajna MPE li jmorru kontra l-pajjiż għall-gwadann personali tagħhom stess biex javvanzaw fil-karriera tagħhom. Rajna dan jiġri ripetutament,” qal Abela. 

Il-PM ikkritika wkoll deċiżjonijiet meħuda mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola dwar riformi strutturali fil-PE, u l-pożizzjoni tagħha dwar Gaża. 

Immigrazzjoni  

Azzopardi talab lil Abela biex jiddenunzja talbiet biex il-barranin kollha jitkeċċew barra mill-pajjiż. 

Il-PM qal li l-politika tal-Gvern hija dik li jkun hemm ħaddiema barranin f’partijiet tal-ħaddiema fejn ikunu meħtieġa. 

“Fil-fatt, fejn jidħlu l-aġenziji tat-temping, rajna li kien hemm abbuż sfrenat ta’ ħaddiema li jiġu importati mingħajr ma jkollhom fejn jaħdmu. Meta rrealizzajna dan, mill-ewwel għalaqna l-bibien għal dawn l-aġenziji tat-temping,” sostna Abela. 

More in Politika