Il-Prim Ministru Robert Abela saħħaħ il-leatà tiegħu lejn prinċipji soċjalisti, dan fl-isfond tar-riżenja tas-Sindku Laburist tal-Gżira Gordon Borg Manché aktar kmieni illum.
Dan qalu waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista l-Ħadd, fejn saħaq li l-azzjonijiet tal-Gvern kienu skont l-ideoloġijiet soċjalisti.
Minkejja li l-ebda persuna fosthom Robert Abela ma’ semma’ ir-riżenja jew li skont Borg Manché, alljenazzjoni minn prinċipji soċjalisti skont Borg Manché
Fir-riżenja tiegħu, Borg Manché saħaq li l-Partit Laburista aljena ruħu minn twemmin soċjalist, iżda l-ebda kelliem inkluż Robert Abela ma’ semma dak li qal Manché, minflok Abela saħaq li t-twemmin soċjalisti għadhom preżenti fil-Partit Labursita u huma b’saħħithom.
Ġewwa Dar il-Meditteran, Abela qasam il-viżjoni tiegħu għal-għaxar snin li ġejjin u indirizza t-tħassib ta’ diversi temi fuq fomm kulħadd, inkluż l-immigrazzjoni, it-traffiku, turiżmu ta’ kwalità u sfidi ambjentali.
Filfatt huwa saħħaħ l-argumenti soċjalisti tiegħu u qal li se jiġu regolati t-temping agencies, aġenziji li jġibu ħaddiema barranin f’pajjiżna.
“In-nies mhumiex negozju, irid ikollna n-nies li hemm bżonn, fejn hemm bżonn,” qal Abela.
Waqt id-diskors tiegħu, Abela qal li qed jisma’ l-isfidi li qed jaffaċja l-poplu u għalhekk żvela li tkellem mal-awtoritajiet konċernati biex jiġu studjati l-prezzijiet tal-mediċini importati, bl-intenzjoni tkun li xi prezzijiet tal-mediċini jitnaqqsu fil-ġimgħat li ġejjin.
Abela ma naqasx milli jfaħħar il-progress tal-Partit matul dawn l-aħħar 10 snin u semma’ uħud mill-aqwa proposti li nieda Gvern Laburista fosthom; żieda fil-pensjonijiet, middle class imsaħħa, provvista ta’ childcare b’xejn, impenn għall-inklussività u tnaqqis fin-numru ta’ nies li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali.
Il-Prim Ministru semma’ ukoll li fi tmintax-il xahar f’dan l-ewwel mandatt, il-Gvern immexxi minnu wettaq 40% tal-manifest elettorali Malta Flimkien. Huwa semma’ ukoll kif kontrarju ta’ Gvern Nazzjonalista li fetaħ skola waħda fis-sena, dan il-Gvern fetaħ tlett skejjel ġodda u enfasizza li għandna nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni. Fl-isfond ta’ dan ħabbar li s-sena d-dieħla, se jinfetħu iktar skejjel.