Mark Gauci, l-ex Kap Eżekuttiv tal-OHSA ma ċaħadx u l-anqas ikkonferma li kien qed jirreferi għal l-ex Prim Ministru ta’ Malta, Lawrence Gonzi meta qal: “darba, Prim Ministru, qalli ħa ttelfilna l-elezzjoni” waqt intervista li kellu mal-ġurnalist veteran tat-Times of Malta Mark Lawrence Zammit. Gauci ilu sservi bhala kap tal-OHSA ghal dawn l-ahhar ghoxrin sena.
Mark Gauci ġie invitat għal-intervista rigward artiklu tal-editorjal tat-Times fejn fosthom intqal li l-OHSA mhux qed tagħmel xogħla sew fost diversi temi oħra li ġew miktuba marbuta mal-OHSA. Lejn l-aħħar tal-intervista Gauci spjega kif darba waqt li l-OHSA kienet attiva u qed tagħmel xogħla, ex Prim Ministru, qallu li se jtelliflu elezzjoni waqt attività soċjali u minkejja pressjoni mill-ġurnalist, Gauci għażel li ma jwieġibx. Iżda meta mistoqsi minn din il-gazzetta hekk kienx qed jirreferi għal-ex Prim Ministru Gonzi, Gauci għażel li ma jikkonfermax u l-anqas jiċħad li kien qed jirreferi għalieh.
Gauci kompla jispjega kif jemmen li l-ex Prim Ministru qallu hekk minħabba l-biża’ li kellu li x-xogħol tal-OHSA jispiċċa jaffetwa persuni li għandhom interessi fin-negozju u kompla jgħid li l-politikant jaf li x-xogħol tal-OHSA jġorr riperkussjonijeit għax jista’ jaffetwa l-ekonomija u l-industriji.
Barra minn hekk Gauci jgħid ukoll li huwa konvint li l-OHSA baqgħet żgħira minħabba li xi persuni jkunu kontra OHSA li tkun b’saħħitha.