Protesta fil-Gżira wara 17-il xahar ta’ xogħolijiet fl-istess triq

“Il-Ġżirjani ġew abbandunati, irrispettivament humiex Laburisti jew Nazzjonalisti,” jgħid Conrad Borg Manché.

Waqt protesta li saret it-Tnejn 14 t’Awwissu b’diżapprovazzjoni lejn id-dewmien fil-proġetti tat toroq fil-lokalità, is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché stqarr li Triq Manoel de Vilhena saret “deżert.” Xogħolijijet fit-triq ilhom għaddejjin għal aktar minn 17-il xahar.

Skontu, kulħadd qed isoffri minħabba t-trabijiet, storbju, kif ukoll bankini mhux livell, hekk kif it-triq ilhom għaddejjin xogħolijiet fiha minn Marzu tal-2022.

“L-anzjani qed isibuha diffiċli sabiex jimxu fit-triq. Ta’ sikwit nirċievi rapporti li dawn ikunu waqgħu u weġġgħu.”

Hu żied jgħid li r-raġuni li mmotivatu jorganizza l-protesta kienet meta persuna qaltlu li bintha żviluppat l-ażma mindu bdew ix-xogħolijiet.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, fuq il-midja soċjali, is-Sindku lmenta wkoll li l-iżviluppaturi pprovaw inaddfu t-triq meta ssejjħet il-posta, u b’konsegwenza t’hekk spiċċat mgħerrqa.

“Il-Ġżirjani ġew abbandunati, irrispettivament humiex Laburisti jew Nazzjonalisti,” temm is-Sindku.

Dan is-sentiment kien evidenti wkoll fir-residenti. Mark Vella, resident fil-lokalità, indirizza l-protesta, fejn qal li hu stess waqa’ diversi drabi fi triqtu lejn l-ispiżerija. “Qed niġu ttrattati isna wirdien.”

Preżenti għall-protesta kien hemm numru ta’ Membri Parlamentari Nazzjonalisti, fosthom Graham Bencini, Eve Borg Bonello, David Agius u Grazziella Attard Previ.

Kien hemm preżenti wkoll il-Kap tal-ADPD Sandra Gauci.

B’risposta għall-protesta, id-Dipartiment għax-Xogħolijiet Pubbliċi ħareġ stqarrija fejn qal li din it-triq se titlesta s’Ottubru li ġej. Huma ġġustifikaw id-dewmien minħabba li, skonthom, il-kuntrattur kellu jwaqqaf ix-xogħolijiet wara li ma rnexxielux jakkwista materjal biex jaħdem. Issa li l-materjal ġie akkwistat, ix-xogħol mistenni jitkompla kif kien pjanat.

More in Politika