Il-Partit Nazzjonalista qed jitlob lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti sabiex jagħti direzzjoni lill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) wara l-erba’ membri tal-Gvern qed jirrifjutaw milli jattendu l-laqgħat tal-Kumitat waqt is-sajf.
Il-membri tal-Gvern kienu stqarru li huma disposti sabiex jattendu biss wara l-ftuħ tal-Parlament wara s-sajf, u kienu rrifjutaw li jappuntaw sostituti biex jattendu minflokhom.
F’ittra lill-Ispeaker, il-President tal-PAC, Darren Carabott, qal ukoll li l-membru tal-PAC u l-Whip tal-Gvern Andy Ellul informa lix-xhud tal-PAC, Joseph Muscat li l-laqgħa tal-kumitat tħassret għax il-membri tal-Gvern ma jridux jattendu u għalhekk ma ntlaħaqx kworum għall-Kumitat.