Il-PN jinnomina lil Bernard Grech għall-kariga ta’ Deputat Speaker tal-Parlament

Id-Deputati Toni Bezzina u Annabelle Cilia inħatru Assistenti Whips tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg se jinnomina lid-Deputat Nazzjonalista Bernard Grech għall-kariga ta’ Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

L-elezzjoni ta’ Bernard Grech fil-kariga ta’ Deputat Speaker se tkun qed issir għada fil-Kamra tar-Rappreżentanti waqt l-ewwel seduta Parlamentari ta’ din il-leġiżlatura u se ssegwi l-elezzjoni ta’ Carmelo Abela bħala Speaker, qabel ma l-Membri Parlamentari jingħataw il-ġurament tal-ħatra.

Borg ħatar ukoll lid-Deputati Toni Bezzina u Annabelle Cilia biex iservu ta’ Assistenti Whips tal-Grupp Parlamentari biex jassistu lill-Whip Ivan Castillo.

Fi stqarrija, il-PN qal li jħares ’il quddiem biex minn għada, wara l-ftuħ statali tal-15-il Parlament, ikompli jaqdi r-rwol tiegħu bħala Oppożizzjoni responsabbli, kostruttiva u determinata li ssemma’ l-vuċi tal-Maltin u l-Għawdxin fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

More in Politika