Il-PM Abela imwissi li jekk ma jieħux azzjoni fuq Kemmuna, se jkun hawn l-inkwiet

Ambjentalisti diżappuntati bil-Prim Ministru f’laqgħa deskritta bħala ‘anticlimax’ 

“Abela hu bniedem li ma għandu ebda interess fl-ambjent u lanqas hu lest biex japprezza r-rabja li hemm fost il-pubbliku dwar l-ambjent. Hekk stqarr rappreżentant li kien fil-laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela fl-aħħar tal-ġimgħa.   

Ir-rappreżentant qal illi Abela, “huwa bniedem li ma għarafx kemm hu mħasseb il-poplu. Wieħed jista’ jara d-differenza minn Joseph Muscat, li kien kapaċi jinterċetta problema meta titfaċċa.”  

 Fil-laqgħa, ir-rappreżentanti kienu mistgħaġba kif il-Prim Ministru kien daqstant eċitat bil-proġett ta’ Melo Hili f’Kemmuna. Tant hu hekk illi “lanqas kien hemm għalfejn insemmu s-suġġett aħna, kien pront lest li jsemmi l-lukanda f’Kemmuna u jemmen li l-iżvilupp se jkun ta’ benefiċċju għat-turiżmu lokali.”  

“Meta imbagħad ġejna biex nitkellmu fuq d-deckchairs ta’ Kemmuna, li poġġew fuq x-xagħri, il-Ministru responsabbli mill-ambjent, Miriam Dalli baqgħet kwieta filwaqt li Abela insista li neħħew id-deckchairs minn fuq ix-xatt u poġġewhom fuq il-blat,” kompla r-rappreżentant. Huwa sostna wkoll illi jekk ma jbiddilx ir-rotta, Kemmuna se tara inkwiet kbir. 

Min-naħa l-oħra fuq il-politka tal-ippjanar Abela qal illi ma kienx lest li jbiddel fehmtu u skont il-kellim, din tikkonferma li Abela ma jwiżinx is-serjetà marbuta mal-iżvilupp. “Nemmen li Abela għandu l-perċezzjoni illi dawk li qed jiġġieldu biex jiġi salvat l-ambjent huwa bniedem priviliġġat, li jgħix ġo villa u għandu xi jott. Hija ovvja wkoll li Abela qed jiddefendi lil min għandu l-flus u lest jirrombla fuq min qed jitkellem favur l-ambjent. Meta tikkunsidra li hu għajjat il-laqgħa, din kienet verament anticlimax.” 

More in Politika