Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Etjopja li jista’ jservi biex isaħħaħ il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi

Waqt il-laqgħa bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi ġew diskussi l-konnettivitá bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll il-manifattura u l-farmaċewtika fost oħrajn

B'kollox ġew iffirmati tliet ftehimiet waqt il-laqgħa bilaterali
B'kollox ġew iffirmati tliet ftehimiet waqt il-laqgħa bilaterali

Ġew iffirmati tliet ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u dak tal-Etjopja waqt laqgħa bilaterali waqt laqgħa bilaterali fl-Etjopja, b’wieħed mill-ftehimiet iservi bħala pjattaforma biex tkompli tiġi evalwata l-possibilitá ta’ konnettivitá diretta bejn Malta u l-Etjopja. 

It-tliet ftehimiet għandhom x’jaqsmu mas-settur tas-servizzi tal-ajru, taħriġ għad-diplomatiċi u s-settur turistiku. 

Waqt il-laqgħa, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin, Ian Borg qal li l-ftehim li għandu x’jaqsam mas-servizzi tal-ajru huwa wieħed importanti sabiex jinċentiva aktar kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ġew diskussi wkoll aktar setturi ta’ kummerċ li hemm potenzjali li jiġu sfruttati, fosthom is-setturi tal-manifattura, is-servizzi, il-farmaċewtika u diġitali, fost oħrajn.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Etjopja, Demeke Mekonnen fisser kif din iż-żjara kienet waħda sinifikanti, u wera l-apprezzament tiegħu għall-fatt li sentejn ilu, Malta ddeċidiet li jkollha rappreżentanza ġewwa l-Etjopja.

Apparti minn hekk, Mekonnen irringrazzja lil Malta għall-kontribut tagħha f’fora multilaterali marbuta mal-kontinent Afrikan.

More in Politika