Tmut Anne Agius Ferrante 'mara ta' integrità, formidabbli u b'intelliġenza liema bħalha'

Agius Ferrante kienet l-ewwel mara eletta bħala Membru Parlamentari għall-Partit Nazzjonalista fl-1976

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Anne Agius Ferrante, fl-età ta' 97. Agius Ferrante hija l-ewwel mara li ġiet eletta Membru Parlamentari għall-Partit Nazzjonalista. Hija bdiet fil-Kumistat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ta' Tas-Sliema u kkontestat l-elezzjoni fuq żewġ distretti fl-1976.

"Dan għamlitu fi żmien politiku mhux faċli," qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fi stqarrija. Filwaqt li selllem il-memorja tagħha, Grech qal illi Anne kienet ta' ispirazzjoni għal ħafna nisa li daħlu fil-politika u fil-ħajja pubblika u l-involviment tagħha xprunat mix-xewqa li tkun viċin in-nies. 

"Anne dejjem ħeġġet lil dawk kollha li jħossu li għandhom jagħtu kontribut biex ma jħallu xejn xi jxekkilhom. Il-personalità b'saħħitha u l-mod passjonali li bih kienet tiddiskuti dwar dak li temmen fih se jibqa' għażiż fil-memorja taħghna," temm Grech. 

Dwar dan ukoll, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola iddeskrivietha bħala mara ta' integrità, formidabbli u b'inteliġenza liema bħalha. Hija irrakkontat li fl-aħħar snin baqgħu f'kuntatt u l-ewwel ħaġa li għamlet meta ġiet eletta bħala l-ewwel Viċi-President tal-Parlament Ewropew kienet li kitbet lil Metsola. 

"Irringrazzjajtha talli għamlet il-vjaġġ eħfef u ħabtet wiċċha ma daqstant affarjiet biex il-ġenerazzjoni tagħna ma jkolliex għalfejn. Wegħdtha li se nagħmel il-parti tiegħi biex nagħmel il-vjaġġ aktar faċli ghall-ġenerazzjonijiet futuri," sostniet Metsola. 

More in Politika