L-Awtorità tal-Ippjanar tirrifjuta żvilupp ta' restorant, parkeġġ taħt l-art u uffiċini fuq art agrikola

Iż-żona proposta għall-iżvilupp tkopri aktar minn 1,000 metru kwadru, f'Ħal Għaxaq, tul Triq Għar Dalam

Art agrikola li tmiss ma’ pompa tal-fjuwil eżistenti mhux se tiġi żviluppata wara li l-Kummissjoni tal-Ippjanar irrifjutat outline application għall-bini ta’ ristorant, uffiċini u parkeġġ taħt l-art. L-art agrikola tkopri aktar minn 1,000 metru kwadru u tinsab ’l barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ) f’Ħal Għaxaq, tul Triq Għar Dalam.

Il-Kummissjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qablet mar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Immaniġġjar tal-Iżvilupp li l-proġett propost kien se jirriżulta f’tifrix ta’ żvilupp urban biswit art li bħalissa mhix żviluppata.

Il-Kummissjoni innutat ukoll li l-proġett imur kontra l-Policy Rurali u l-Gwida tad-Disinn tal-2014 u l-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED), li t-tnejn ifittxu li jipproteġu art agrikola ta’ kwalità tajba u jiżguraw li t-teħid tal-art fiż-żona rurali titqies bħala l-aħħar għażla fejn ikun essenzjali għal żvilupp sostenibbli.

Hija irrimarkat ukoll li l-iżvilupp propost kien se jiġi aċċessat dirett minn Triq Għar Dalam, li hija triq distributorja minn Ħal Għaxaq għal Marsaxlokk u Birżebuġia. Dan l-iżvilupp propost kien se jiġġenera movimenti addizzjonali ta’ vetturi li, skont il-PA setgħu jwasslu għal "perikli potenzjali tat-traffiku u jaffettwaw ħażin il-fluss ħieles u siġur tat-traffiku. 

More in Politika