20 sena ilu, il-Membru Ewroparlamentari Alfred Sant kien stqarr li l-approvazzjoni tal-Gvern Malti, fuq il-proposta tal-Unjoni Ewropea li softdrinks jibdew jiġu importati fi fliexken tal-plastiku, “se toħloq diżastru ambjentali.”
Sant, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, f'konferenza tal-aħbarjiet qal li skont l-estimi tal-Partit Laburista Malta importat aktar minn 12-il miljun flixkin tal-ħġieġ u li 11-il miljun minnhom kienu kollha għal soft drinks. Qal ukoll li f’Malta kien hemm total ta’ 55 miljun flixkun tal-ħġieġ.
“Dan ifisser li Malta se jkollha madwar 44 u 55 miljun flixkun tal-plastik. Ammont li jiksi Ta’ Qali kollu fi żmien tliet snin,” kien qal Sant.
Intant illum Malta qed tagħmel diversi interventi biex tipprova telimina l-użu tal-plastik, inkluż bl-iskema tal-BCRS jiġifieri li jissarrfu fliexken tal-ilma għal vawċers. Diversi nies ikkritikaw dawn il-magni, għax ta' spiss ikunu mimlijin jew ma jaħdmux. Dan filwaqt li diversi nies qed iħallu l-iskart mal-magni speċjalment fliexken tal-plastik u għaldaqstant tmur kontra l-ispirtu tagħhom.
B’hekk huwa sostna li dan kienet kontradittorja ħafna għal dak li qiegħed jiġi propost biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri li dħul fl-UE kienet se tagħmel tajjeb għall-ambjent. “B’partnership mal-Unjoni Ewropea, kif qiegħed jipproponi l-MLP, is-softdrinks jibqgħu jiġu importati bil-fliexken tal-ħġieġ.”
Malta ngħaqdet fi sħubija mal-Unjoni Ewropea uffiċjalment fl-2004 wara referendum fl-2003. B’turnout ta’ 91% li ħarġu biex jivvutaw, ir-referendum għadda b’54% u għaldaqstant 143,094 voti favur u 123,628 voti kontra.
Il-Partit Nazzjonalista ddeskriva din il-konferenza bħala “gimmick.” Il-Gvern ta’ dak iż-żmien immexxi minn Eddie Fenech Adami qal li kien kommess li jagħi inċentivi għall-kollezzjoni ta’ plastik u materjali oħra għar-riċiklar.