Il-President Emeritu Coleiro Preca ma tweġibx lill-ġurnalisti waqt konferenza dwar l-emendi tat-tqala

Coleiro Preco indirizza konferenza dwar il-protesta ta' nhar il-Ħadd kontra l-emendi 

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca tirrifjuta li twieġeb il-mistqosijiet tal-ġurnalisti waqt konferenza dwar l-emendi tal-Gvern, li jagħtu s-setgħa lit-tobba biex jitterminaw it-tqala f'każ ta' theddida għall-ħajja tal-omm. Din il-konferenza, indirizzata minn Coleiro Preca stess ttitratta l-protesta li se ssir nhar il-Ħadd li ġej, fil-Belt Valletta, favur il-ħajja u kontra dawn l-istess emendi. 

Waqt id-diskors tagħha, Coleiro Preca qalet li bħala poplu għandna nisimgħu lil xulxin b'rispett filwaqt li ssir diskussjoni matura. Meta mistoqsija biex telabora aktar hija insistiet li, filwaqt li normalment tkun lesta biex twieġeb kull mistoqsija li jagħmlulha, talbet biex id-deċiżjoni tagħha tiġi rispettata. 

Coleiro Preca talbet biex tibqa' tirrenja l-għaqda għax fl-aħħar minn l-aħħar din hija kwistjoni li tolqot lil kulħadd. Intant iċ-Chairperson tal-Life Network Miriam Sciberras, li se tkun qed torganizza din il-protesta, qalet li l-fatt li żdiedet is-saħħa mentali bħala fatturi li tista' tittermina t-tqala, "jistieden l-abort." 

Intant it-tnejn qalu li se jkunu qed jagħtu s-sostenn tagħhom lill-position paper. 

More in Politika