'Tal-biża'... Il-vjolenza fuq in-nisa' - Għexieren ta' nies fi protesta kontra l-femiċidju

Il-protesta saret fid-dawl tat-tielet femiċidju fil-pajjiż propju din il-ġimgħa, meta nqatlet Bernice Cassar - omm ta' żewġt itfal minn żewġha

Poster b'wiċċ Bernice Cassar maqtula din il-ġimgħa Ritratti: James Bianchi
Poster b'wiċċ Bernice Cassar maqtula din il-ġimgħa Ritratti: James Bianchi

Għexieren ta' nies inġabru f'dimostrazzjoni li bdiet minn quddiem id-Depot fil-Furjana u baqgħet sejra sa ħdejn il-Qorti u li staqsiet min se jġorr ir-responsabilità għal femiċidju ieħor li seħħ din il-ġimgħa meta Bernice Cassar inqatlet kiesaħ u biered minn żewġha, hi u dieħla x-xogħol f'Raħal Ġdid. 

Preżenti kien hemm attivisti tal-Moviment Graffitti - li organizzaw il-protesta - u anke membri tal-familja ta' Cassar. Flmkien magħhom kien hemm ukoll il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Ann Marie Grech u d-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra.

Iddomina l-għajjat ta' 'No more femicide', 'tal-biża' il-vjolenza fuq in-nisa' u 'kunu responsabbli' waqt mixja illi matulha spikkat l-emozzjoni u r-rabja. 

Il-qtil ta' din l-omm ta' żewġt itfal qajjem furur u rabja madwar il-pajjiż u minn diversi għaqdiet ukoll li kienu kritiċi tal-fatt li "is-sistema falliet lil mara oħra" kif ukoll li diversi nies qed jiffaċċjaw dewmien eseġerat biex il-każ tagħhom jinstema' quddiem il-Qorti tal-Familja. Dan huwa t-tielet femiċidju din is-sena, sena li fil-fatt bdiet bl-istupru u qtil ta' Paulina Dembska f'Tas Sliema, każ li wkoll qajjem diskussjoni kbira u li wassal biex il-Gvern ressaq - u l-Parlament approva - leġiżlazzjoni li tintroduċi l-kunċett ta' Femiċidju fil-Kodiċi Kriminali. Dan fisser illi meta reat ikun ippruvat illi huwa femiċidju l-aggressur jiffaċċja sentenza aktar ħarxa 
 

 Ritratti: James Bianchi
Ritratti: James Bianchi
 Ritratti: James Bianchi
Ritratti: James Bianchi
 Ritratti: James Bianchi
Ritratti: James Bianchi

 

More in Politika