Coleiro Preca tinħatar l-ewwel President tal-Moviment Mediterranju għat-Tfal

Dan il-Moviment jiġbor fih tfal minn sitt pajjiżi Mediterranji, inkluż Malta li jaħdmu biex iqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet u anke diffikultajiet li t-tfal ikunu għaddejin minnhom bil-għan li l-interessi tat-tfal ikunu prijorità fuq l-aġenda Mediterranja

Il-President Emetiru, Marie-Louise Coleiro Preca, li tmexxi l-Fondazzjoni għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, inħatret bħala l-ewwel President tal-Moviment Mediterran għat-Tfal.

Dan il-Moviment huwa magħmul minn tfal li ġejjin minn sitt pajjiżi, inkluż Malta, is-Serbja, Ċipru, l-Islovenja u l-Kroazja u jaħdem biex iqajjem kuxjenza fost il-gvernijiet u anke s-soċjetà ċivili biex ipoġġu d-drittijiet tat-tfal u l-futur tagħhom fuq nett tal-aġenda politika.

Waqt li aċċettat din il-ħatra, Coleiro Preca qalet lill-ewwel assemblea ġenerali li dan huwa kapitlu ġdid għat-tfal tal-Mediterran.

Fi kliemha, dan huwa mument storiku għax qatt qabel ma kien hemm sforz daqshekk kollettiv biex it-tfal minn madwar il-Mediterran jingħaqdu biex isemmgħu leħinhom u jixprunaw il-bidla.

Din kienet ħolma tal-President Emeritu li ġġib flimkien lit-tfal tal-Mediterran biex jitgħallmu mid-diversità u jaħdmu għal futur aħjar.

Malta se tkun irrappreżentata minn Martina Olivia li għandha 18-il sena. 

It-tir ta’ dan il-Moviment huwa li jqajjem aktar kuxjenza dwar l-inguwaljanza u l-faqar fost it-tfal u anke jgħin tfal li jinsabu f’żoni ta’ kunfitt, fost oħrajn.

“Irridu li t-tfal ikunu prijorità fuq l-aġenda Mediterranja,” qalet Coleiro Preca.

Yana Mintoff Bland hija wkoll parti minn dan il-Moviment.

More in Politika