Erba' carers sospiżi wara li xxerred filmat tagħhom jużaw il-forza ma' anzjani f'San Vinċenz de Paule

F'filmat partikokari anzjan ta' 67 sena jinstema' jgħajjat li mhux qed jieħu nifs waqt li l-carer iżommu bil-forza 'l isfel fis-sodda

Erba' carers ġew sospiżi mir-residenza San Vinċenz De Paule wara li allegatament użaw vjolenza ma' żewġ anzjani f'żewġ każi separati.

Ir-residenza fetħet investigazzjoni interna dwar iż-żewġ każi wara li xxerred filmat tal-istess carers jużaw il-forza ma' anzjan, bl-istess anzjan jinstema' jgħajjat li mhux jieħu nifs.

L-anzjan kien identifikat bħala l-artist Leonard Portelli li għandu 67 sena.

Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qal ukoll li anke l-Pulizija qed jinvestigaw il-filmati u dawn iż-żewġ każi.

Il-Ministru Jo Etienna Abela kkundanna dan l-aġir u ordna li ż-żewġ każi jkunu investigati sewwa biex ikunu stabbiliti l-fatti kollha u jittieħdu l-passi kollha li hemm bżonn.

Il-Kummissarju għall-Anzjani, Godfrey LaFerla wkoll kien infurmat bil-każ.

More in Politika