Żewġ uffiċjali ta' Transport Malta sospiżi wara li dehru f'filmat isawtu raġel fil-Marsa

Apparti investigazzjoni interna anke l-Pulizija qed tinvestiga l-filmat

Żewġ uffiċjali ta' Transport Malta ġew sospiżi minn xogħolhom sakemm ikun investigat filmat li fih jidhru jsawtu raġel fil-Marsa.

F'kummenti ma' MaltaToday, il-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia kkundanna dan l-aġir u qal li huwa infurmat li l-uffiċjali ġew sospiżi sakemm isiru l-investigazzjonijiet interni fi ħdan Transport Malta.

Hu mifhum li anke l-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Il-filmat ġie mxandar minn Lovin Malta u juri liż-żewġ uffiċjali jsawtu lil dan ir-raġel meta dan kien diġà mixħut mal-art fil-Marsa. Aktar tard, fil-filmat, xi nies jidhru jipprovaw iwaqqfuhom. 

Jidher li dan il-filmat ittieħed fis-26 ta' Ottubru fid-9:30pm fi Triq Ħal Qormi.

More in Politika