€154 miljun allokati għat-turiżmu jfakkar Bartolo waqt li jżur il-proġett ta' riġenerazzjoni fl-Għadira

Il-Ministru Aaron Farrugia jgħid li l-proġett fl-Għadira qed isir wara li għal snin din it-triq u anke d-dawra tal-bajja tħallew mitluqin għal snin...

Ix-xogħol għaddej fl-Għadira bħalissa
Ix-xogħol għaddej fl-Għadira bħalissa

Għall-baġit tas-sena d-dieħla l-gvern alloka €154.2 miljuni biex is-settur tat-turiżmu, bil-Ministru gżat-Turiżmu Clayton Bartolo jisħaq illi minkejja l-isfidi internazzjonali, il-Gvern ser ikompli jinvesti biex il-prodott turistiku lokali jaġġorna ruħu maż-żminijiet tal-lum. Huwa sostna li fil-fatt il-Gvern qed jinvesti biex titjieb l-infrastruttura turistika ta’ waħda mill-iżjed bajjiet popolari f’pajjiżna, propju waqt konferenza fl-Għadira fejn bħalissa għaddej xogħol infrastrutturali marbut mar-riġenerazzjoni tat-triq u anke tal-promenade ta' din l-aktar bajja popolari f'Malta. Huwa kien akkumpanjat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia.

Il-Ministru Bartolo żied jgħid li t-triq ‘il quddiem għas-sena li ġejja ser tkun waħda bbażata fuq it-titjib fil- konnettività bl-ajru permezz ta’ żieda fir-rotot u l-frekwenzi li jirrispondu għad-domanda tas-settur, kif ukoll twessigħ tal-attività ta’ reklamar f’aktar swieq u niċċeċ, bħat-turiżmu sportiv, kulturali u reliġjuż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Aaron Farrugia qal li Infrastructure Malta se tkompli tikkollabora ma’ numru ta’ entitajiet u awtoritajiet biex twassal proġetti infrastrutturali fil-ħin, b’mod professjonali u li jpoġġu lin-nies fiċ-ċentru tagħhom.

“Dan il-proġett jixhed l-impenn tal-entita fejn f’lokalità li lejha tiġbed eluf ta’ turisti u familji, u minn triq li kienet għal ħafna snin minsija hekk kif hija l-unika triq li twasslek minn u lejn il-vapur ta’ Għawdex, se nwasslu proġett li mhux biss huwa estetikament isbaħ, iżda ħaseb ukoll għal numru ta’ servizzi u faċilitajiet ġodda. Dan filwaqt li tejjibna l- konnettività minn u lejn il-Marfa, post frekwentat minn ħafna speċjalment tul ix-xhur tas-sajf,” temm jgħid il-Ministru Farrugia.  

Il-Ministri Aaron Farrugia u Clayton Bartolo
Il-Ministri Aaron Farrugia u Clayton Bartolo

More in Politika