Il-villaġġ tal-Karnival fil-Marsa se jinkludi wkoll ċinema 5D u spazju għat-taħriġ tal-bands

L-istess sit xorta waħda se jinkludi mużew tal-karnival u mħażen għall-bini tal-karrijiet u l-ħjata tal-kostumi fost oħrajn

Il-pjanijiet għall-hub tal-arti u l-kultura fil-Marsa, li qabel kien qed jissejjaħ il-villaġġ tal-Karnival, ġew riveduti biex issa dan se jinkludi faċilitajiet ġodda, inkluż ċinema 5D.

Apparti minn hekk, mistenni jkun hemm studjos għat-taħriġ u l-provi tal-bands u l-kumpaniji taż-żfin apparti kafetterija.

Swali taċ-ċinema 5D jinkludu wkoll effetti fuq is-siġġijiet u anke dawk ambjentali, bil-persuna, pereżempju tkun tista’ tħoss ir-riħ, ix-xita u anke l-impatt ta’ splużjoni, fost oħrajn.

Din is-sala, mistenni tkun tesa 616-il persuna.

Fl-2016, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà approvat il-bini tal-villaġġ tal-Karnival fuq l-istess sit ta’ 18,500 metru kwadru.

Il-pjanijiet ġodda xorta waħda jinkludi mużew tal-karnival, mħażen għall-bini tal-karrijiet u l-ħidma fuq il-kostumi u anke uffiċini amministrattivi. Dan apparti parkeġġ taħt l-art.

More in Politika