Jirrapportawh nieqes sakemm jindunaw li kien vittma ta' inċident tat-traffiku

Iż-żagħżugħ ittajjar ilbieraħ u kien ikkonfermat mejjet mill-Pulizija iżda sakemm indunat it-tfajla tiegħu u identifikatu kien irrapportat nieqes

Jesús David Reina Quero, żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Venezuela, kien idenfitikat bħala l-persuna li ttajjret f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fil-Marsa.

Fuq grupp fuq Facebook, Expats Malta, grupp li jiġbor fih barranin li jgħixu f’Malta, il-qraba u l-ħbieb tal-vittma kienu qed jirrapportawh nieqes għal dawn l-aħħar 17-il siegħa, qabel irrealizzaw li hu kien il-persuna li mietet fl-inċident.

Fil-fatt, stqarrija maħruġa lbieraħ mill-Pulizija qalet li l-vittma kien għadu ma ġiex identifikat.

Kienet it-tfajla tal-vittma li identifikatu f’Mater Dei. Hi kellha tistenna sigħat biex tingħata l-permess tagħmel dan mill-Maġistrat inkwerenti.

Jesús David Reina Quero kien għadu kemm intlemaħ għall-aħħar darba fl-Ajruport u 30 minuta qabel seħħ l-inċident kien għadu kemm bagħat messaġġ lit-tfajla tiegħu.

Huwa ttajjar minn vettura misjuqa minn anzjan ta’ 66 sena .

More in Politika