Baġit 2023 | Aktar għajnuna għal min jiffosterja; L-allokazzjoni se tonqos gradwalment u mhux f'salt

Sal-lum il-Foster Care Allowance tieqaf immedjatament malli l-ġenitur jaddotta iżda mill-2023 dan se jonqos gradwalment

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar sistema ġdida biex ġenituri li jaddottaw il-wild li jkunu qegħdin jiffosterjaw lokalment jibqgħu jirċievu parti mill-Foster Care Allowance.

Sal-lum il-Foster Care Allowance tieqaf immedjatament malli l-ġenitur jaddotta iżda mill-2023 il-benefiċċju mhux ser jibqa’ jieqaf mal-ewwel iżda ser jibda jonqos gradwalment fuq perjodu ta’ erba’ snin jew sakemm il-wild jagħlaq il-21 sena, liema tiġi l-ewwel.

B’dan il-mod fl-ewwel sena tal-adozzjoni, jibqa’ jitħallas 80% tal-allowance tal-fostering, 60% fit-tieni sena, 40% fit-tielet sena u 20% fir-raba’ sena.

Dan minbarra li xorta titħallas l-għotja ta’ rifużjoni fuq l-ispejjeż relatati mal-adozzjoni lokali li bħalissa tlaħħaq sa €1,000 u xorta titħallas l-allowance tat-tfal f’każ ta’ adozzjoni ta’ tfal taħt is-16-il sena.

More in Politika