Id-defiċit jaqbeż il-€120 miljun bejn April u Ġunju ta' din is-sena

Id-dħul tal-Gvern qrib il-€1.5 biljun filwaqt li l-infieq jaqbeż il-€1.6 biljun...

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fit-tieni kwart tal-2022 - jiġifieri bejn April u Ġunju - id-defiċit tela' għal €120.8 miljun bid-dħul jiħaq ftit inqas minn €1.5 biljun - jew żieda ta' €117.8 miljun - meta kumparat mal-istess kwart is-sena ta' qabel.

Jidher illi ż-żidiet kienu mifruxin fi kważi kull settur b'żieda ta' €60 miljun minn taxxi fuq produzzjoni u importazzjoni, żieda ta' €26.9 miljun f'Kontribuzzjonijiet Soċjali, €14 miljun aktar fi Trasferimenti Kapitali, €13.9 miljun aktar fi dħul minn proprjetà u €13-il miljun aktar minn taxxi fuq dħul u ġid. 

Iżda minn naħa l-oħra anke l-infieq żdied u laħaq il-€1.6 biljun f'dan il-kwart - jew żieda ta' €19.6 miljun mqabbel mal-istess kwart is-sena l-oħra. L-akbar żidiet kienu mmarkati f'konsum intermedjarju b'€96.7 miljun, segwit minn kumpens għall-impjegati bi €15.5 miljuni aktar u Trasferimenti Kapitali Pagabbli b'€5.6 miljun aktar. 

 

 

More in Politika