Impjant ġdid f'Ħal Far iħalli lil Birżebbuġa 'b'riħa qawwija u tinten ta' ħut'... Il-Kunsill irid azzjoni

Is-Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri jappella lill-ERA biex twaqqaf l-operat tal-impjant f'Ħal Far sakemm ikun mgħammar bl-appart kollu meħtieġ u mwiegħed biex ma jkunx hemm inkovenjent fuq ir-raħal...

Fl-aħħar jiem numru kbir ta' residenti resqu l-ilmenti tagħhom magħna, fuq irwejjaħ ta' ħut f'Birżebbuġa, li l-Kunsill Lokali sejjaż bħala "insapportabbli"  - b’mod speċjali fl-akwati tal-Papa u Ħal Far. Minkejja dan fuq il-midja soċjali jidher illi kienu bosta ir-resdenti li ilmentaw minn riħa qawwija u tinten ħafna ta' ħut. 

"Bħala Kunsill Lokali, ninsabu ferm iddiżappuntati kif issa Birżebbuġa trid isofri minn inkonvenjent industrijali ieħor. L-impjant ta’ Ħal Far ilu inqas minn ġimgħa minn meta beda jopera u diġà beda joħloq l-inkonvenjenzi fuq ir-residenti tagħna." sostna s-Sindku Scott Camilleri fi stqarrija, "Din hi sitwazzjoni inaċċettabbli u nuqqas ta’ rispett kbir lejn il-kommunità ta’ Birżebbuġa. Il-Kunsill Lokali diġà ressaq l-ilmenti tiegħu b’mod uffiċjali mal-Awtorità konċernata, l-ERA."4

Intant il-Kunsill Lokali qed jitlob lill-awtorità twaqqaf b’mod immedjat l-operat tal-faċilità sakemm din kun mgħammra bl-appart kollu meħtieġ u mwiegħed biex ma jkunx hemm inkovenjent fuq ir-raħal.

"Birżebbuġa diġà qed terfa' piż kbir u ma jistax jkun tibqa' terfa' aktar fuqha. Ir-residenti tagħna jixirqilhom kwalità ta' ħajja aħjar," temm jisħaq is-Sindku. 

More in Politika