It-truppi Ukreni jkomplu javvanzaw u jirbħu lura aktar art u bliet maħtufin minn Putin

Jidher illi t-truppi Ukreni ħadu lura f'idejhom il-belt ta' Dudchany wara li lbieraħ ħadu f'idejhom l-belt ta' Lyman...

Il-President Ukren Volodomyr Zelensky
Il-President Ukren Volodomyr Zelensky

It-truppi Ukreni komplew javvanzaw u jirbħu aktar reġjuni li kienu - illegalment - maħtufin mill-Gvern ta' Putin wara referenda finta, li saru fi tliet żoni. It-truppi issa qed jersqu wkoll lejn il-belt ta' Khreson, bil-President Ukren Volodymyr Zelensky jgħid illi aktar żoni qed jiġu liberati mill-forzi Russi. Din l-aħbar tiġi wara li lbieraħ it-truppi Ukreni rebħu l-belt ta' Lyman. Diversi analisti qed jisħqu li l-fatt li l-Ukrajna ħadet lura f’idha din il-belt jista’ jgħinna biex tkompli tikseb lura territorji maħtufa fir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk.

Waqt indirizz ilbieraħ il-President Ukren sostna illi ġlied kontinwu li għaddej f'diversi reġjuni, għalkemm ma tax aktar dettalji. 

Fin-nofsinhar tal-pajjiż Vladimir Saldo - il-mexxej f'Kherson, magħżul mill-Kremlin ammetta li l-forzi Ukreni daħlu lejn Dudchany, villaġġ fuq ix-xmara Dnipro . "Dawn huma villaġġi li issa huma okkupati minn forzi Ukreni," qal Saldo. Rapporti Russi qalu li l-Ukreni issa qed imexxu l-villaġġ ta' Dudchany. 

Il-Ministeru tad-Difiża Russu Igor Konashenkov qal illi t-tankijiet Ukreni huma "numerikament superjuri". Skont Saldi żewġ battaljuni Ukreni ppruvaw jilqħu l-Power Station Idroelettrika Kakhovka, 44 mil 'il bogħod minn Kherson.  

More in Politika