L-estensjoni Excelsior: Il-PA bi pjan li tapprova l-permess minkejja t-tħassib tal-UNESCO

Din l-estensjoni 'kontroversjali' se tara sitt sulari addizzjonali bieb ma' bieb mal-lukanda Excelsior bi kważi 80 kamra fi ħdanha 

L-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tieħu deċiżjoni nhar il-Ħamis li ġej fuq l-applikazzjoni ta' bini addizzjonali bieb ma' bieb mal-lukanda Excelsior. Il-lukanda ta' ħames stillel qed tipproponi li maġenbha żżid binja ta' sitt sulari, bi kważi 80 kamra fi ħdanha. Madankollu, l-uffiċjal fuq dan il-każ jidher li qiegħed jirrekomanda li jingħata l-permess għal din l-estensjoni, minkejja t-tħassib tal-UNESCO. 

Id-deċiżjoni kellha tittieħed madwar xahr ilu iżda din kienet interrotta minn terzi parti, li ikkontestaw din l-applikazzjoni bil-għan li jsiru reviżjoni tal-pjanijiet. Fil-fatt, dan irriżulta biex tnaqqsu 60cm mit-tul tal-bini u introduzzjoni ta' aktar tħaddir fiż-żona l-ġdida kif ukoll fl-Excelsior stess.

Intant l-Arkitett Edward Said, f'isem l-NGO Friends of Villa Frere, talab lill-UNESCO biex jagħmlu assessjar tal-impatt li din il-binja addizzjonali se jkollha fuq il-Belt Valletta, bħala sit protetta mill-UNESCO. Fil-fatt il-Belt Valletta hija waħda mit-tliet siti protetti  f'pajjiżna, flimkien mat-Tempji Megalitiċi u l-Hypogeum ta' Ħal Saflieni. L-NGO insistiet li l-estensjoni tal-lukanda mhux biss se joħloq impatt fuq il-viżwal taż-żona bejn il-Belt Valletta u l-Floriana, iżda li din se tagħmel parti minn lukanda li diġà kienet ħolqot effett simili meta nbniet, lura fis-snin 60. 

Tajjeb li nfakkru li f'April li għadda is-Sovrantendenza għall-Wirt Kulturali waqqgħet l-oġġezzjonijiet li kienet għamlet qabel hekk kif minn 99 kamra, dawn tnaqqsu għal kif inhuma proposti issa, jiġifieri 77 kamra u għaldaqstant tnaqqsu żewġ sulari. 

Min-naħa tagħha l-UNESCO ikkonfermat li qed issegwi l-każ, tant li talbet li tingħata spjegazzjoni mill-Awtoritajiet Maltin dwar l-informazzjoni li rċiviet. 

Apparti minn hekk minn assessjar magħmul mill-konsulenti għall-ambjenti ADI, ġie konkluż li l-parti l-ġdida addizzjonali tal-lukanda se tagħtti l-faċċata tal-iswar, liema swar jagħqu taħt il-kategorija ta' Żona ta' Pajsaġġ b'valur għoli (AHLV). 

More in Politika