Rapporti jgħidu li saċerdot qed ikun akkużat b'serq minn knisja fl-Isla

Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li fl-aħħar jiem, il-knisja li jieħu ħsieb is-saċerdot, magħrufa bħala s-Santwarju tas-Samra fil-Ħamrun, kienet mgħassa mill-Pulizija biex ħadd ma jkun jista' jidħol

 

Il-Pulizija qed tinvestiga saċerdot li allegatament seraq relikwa minn knisja fl-Isla.

Skont The Times of Malta, is-saċerdot seraq berettin li ħafna jqisuh relikwa ta’ San Filippu Neri, mis-sagristija tal-knisja ddedikata lill-Madonna ta’ Porto Salvo.

Is-saċerdot jieħu ħsieb is-Santwarju tas-Samra fil-Ħamrun u s-sit illum.com.mt jinsab infurmat li fl-aħħar jiem din kienet mgħassa mill-Pulizija u ħadd ma tħalla jidħol fiha.

Kelliem għall-Kurja qal li għalissa s-saċerdot jinsab fuq leave amministrattiv sakemm tintemm l-investigazzjoni.

Hu mifhum li r-relikwa tinżamm fis-sagristija tal-imsemmija knisja fl-Isla. Is-saċerdot qaddes f’din il-knisja nhar is-Sibt li għadda.

Skont sorsi li tkellmu mal-istess gazzetta, ir-relikwa f’kaxxa tal-ħġieġ, instabet fil-karozza tas-saċerdot.

More in Politika