Il-Qorti tisma' kif Adrian Hillman daħħal madwar €1.4 miljun fi frodi

Hu mifhum li l-pagamenti għaddew minn għadd ta’ kumpaniji offshore u anke kontijiet f’Ġibilità u l-Iżvezja u l-famuż Pilatus Bank

L-eks Direttur Maniġerjali ta’ Allied Newspapers, Adrian Hillman, allegatament daħħal madwar €1.4 miljun minn frodi, b'mod partikolari fuq ix-xiri ta’ makkinarju għall-Progress Press, liema każ huwa suġġett għal każ kriminali li fih hemm involut Keith Schembri, l-eks Chief of Staff ta’ Kastilja.

Dan id-dettall ħareġ illum hemm kien kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Hillman.

Dan il-każ huwa relatat ma’ rapport tal-FIAU li kien sab li Schembri għadda madwar €650,000 f’pagamenti lil Hillman bejn l-2011 u l-2015 u dan wara ftehim bejn Kasco (il-kumpanija ta’ Schembri) u l-Progress Press għax-xiri ta’ tagħmir għall-istampar.

Hu mifhum li l-pagamenti għaddew minn għadd ta’ kumpaniji offshore u anke kontijiet f’Ġibilità u l-Iżvezja u l-famuż Pilatus Bank.

Wara li spjega dan kollu, l-Ispettur Joseph Scerri qal lill-Qorti li Hillman irċieva madwar €1.4 miljun minn kumpaniji offshore.

Hillman qed ikun akkużat b’ħasil ta’ flus, frodi u tixħim, fost oħrajn.

Huwa kien estradit lejn Malta f’Mejju 2021. Huwa qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi. 

More in Politika