L-awtoritajiet tas-saħħa jkompli jwissu dwar aktar prodotti tal-Kinder li jista' jkollhom is-salmonella

Id-Direttorat għas-Saħħa wissa li anke jekk il-maġġoranza taċ-ċikkulata fis-suq Malti ġejja mill-Italja, jista’ jkun hemm ħwienet li qed ibiegħu wkoll ċikkulata Kinder li ħarġet mill-fabbrika fil-Belġju fejn instabu t-traċċi tas-salmonella

L-awtoritajiet tas-saħħa qed iwissu liċ-ċikkulata tal-Kinder prodotta fil-Belġju u li jista’ jkollha traċċi tas-salmonella tinsab ukoll f’Malta u dan minkejja li l-importatur ewlieni jimporta direttament mill-Italja.

Din kienet it-tieni twissija mid-Direttorat għas-Saħħa fuq ċikkulata tal-Kinder f’diversi forom. 

Fi stqarrija, id-Direttorat saħaq li anke jekk il-maġġoranza taċ-ċikkulata fis-suq Malti ġejja mill-Italja, jista’ jkun hemm ħwienet li qed ibiegħu wkoll ċikkulata Kinder li ħarġet mill-fabbrika fil-Belġju fejn instabu t-traċċi tas-salmonella.

Id-Direttorat filfatt ħareġ lista sħiħa ta’ prodotti li qed iwissi dwarhom.

Fakkar ukoll li persuni li jkunu infettati bis-salmonella tipikament jiżviluppaw is-sintomi bejn sitt sigħat u 72 siegħa wara l-infezzjoni.

L-aktar sintomi komuni huma diarrhoea li tista’ tinkludi wkoll traċċi tad-demm, deni, uġigħ ta’ ras u anke uġigħ fl-istonku.

Ara hawn il-prodotti kollha li dwarhom ħarġet it-twissija u anke l-informazzjoni dwarhom:

More in Politika