Jibda l-proċess tal-għadd tal-voti; Pass pass dak li qed jiġri fin-Naxxar

 Il-poloz tal-vot, wieħed wieħed qed jiġu murija lid-delegati tal-partiti li jkunu qed jieħdu kampjuni biex jintużaw għall-indikazzjoni tar-riżultat

11:00am: Il-Partit Laburista jirbaħ b'maġġoranza b'saħħitha l-Elezzjoni Ġenerali. Il-Prim Ministru jikkonferma r-rebħa.

9:20am: Jibda l-proċess tal-għadd tal-voti. Il-poloz tal-vot, wieħed wieħed qed jiġu murija lid-delegati tal-partiti li jkunu qed jieħdu kampjuni biex jintużaw għall-indikazzjoni tar-riżultat.

8:15am: Bonġu miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar fejn is-sit illum.com.mt se jkun qiegħed jaġġornakom b'dak kollu li se jkun għaddej matul din il-ġurnata importanti.

X'nafu sa issa?

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, 85.5% ta' dawk li kienu eliġibbli biex jivvotaw tefgħu l-vot tagħhom. L-inqas li vvotaw kienu dawk tal-10 u t-12-il Distrett, u l-aktar li vvotaw fis-Seba' u fit-Tielet Distrett.

Matul il-lejl li għadda beda l-proċess li matulu nfetħu l-kaxxi kollha, bil-voti jitpoġġew kollha rashom 'l isfel. Għal ħabta tad-9:00am jibda l-wiri tal-voti u ftit ftit dawn jibdew jisku skenjati, l-ewwel darba li din is-sistema se tkun qed tintuża fl-Elezzjoni Ġenerali.

L-ILLUM f'kollegament dirett mis-Sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar fejn il-ġurnalist Yendrick Cioffi jagħti spjega tal-proċess tal-għadd tal-voti

Ftit wara jista' jkollna l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat.

Ara hawn spjega tal-proċess il-ġdid tal-għadd tal-voti:

More in Politika