Il-kandidat indipendenti, Arnold Cassola għamel rapport uffiċjali quddiem il-Kummissjoni Elettorali kontra Robert Abela u Clyde Caruana.
Fl-imejl tiegħu, lill-Kummissjoni Elettorali u mibgħuta llum lill-OSCE, tim ta' esperti li qed jimmoniterjaw l-elezzjonijiet f'Malta, Cassola saħaq li jagħmilx sens li f'nofs kampanja elettorali qed iqassmu miljuni lill-votanti Maltin.
Cassola insista li din hija "prattika korrotta" ċara.
"Infakkar li bħalissa dawn it-tnejn huma parti minn "caretaker government" u ma għandhom l-ebda dritt li jqassmu flus il-poplu f'nofs kampanja elettorali li huma stess qed jieħdu sehem fiha bħala kandidati," insista Cassola.
Talab lill-Kummissjoni Elettorali biex li tieġu azzjoni immedjata.
Bħalissa fid-djar qed jitqassmu ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa u anke ċekk addizzjonali ta' €100 għal kulħadd minn 16-il sena 'l fuq minn €200 għall-pensjonanti u dawk fuq il-benefiċċji soċjali.