Il-Covid-19 iħalli vittma oħra; Ifiqu 888 u jinstabu 786 każ ġdid

Il-pazjenti fl-isptar u fl-ITU jiżdiedu ftit iżda s-sitwazzjoni tibqa' waħda stabbli

Anzjana ta' 86 sena tilfet ħajjitha fl-aħħar 24 siegħa waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19 biex l-għadd tal-vittmi kompla jiżdied u issa jlaħħaq l-485.

Intant bejn ilbieraħ u llum, għall-ewwel darba wara diversi jiem, fiequ aktar pazjenti milli nstabu każi ġodda.

Fil-fatt, fiequ 888 pazjent u nstabu 786 każ ġdid. Dan ifisser li l-każi attivi naqsu bi ftit biex issa f'Malta hawn 14,962 persuna marida bil-virus.

Is-sitwazzjoni f'Mater Dei hija waħda stabbli għalkemm l-għadd ta' pazjenti rikoverati f'Mater Dei tela' għal 123 filwaqt li seba' persuni qed jingħataw kura intensiva.

261,838 persuna issa huma mlaqqma wkoll bil-booster.

More in Politika