Żewġ persuni oħra jmutu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19; 1,144 każ ġdid iżda jfiqu 709

Minkejja li l-każi attivi komplew jiżdiedu s-sitwazzjoni f'Mater Dei, b'mod partikolari fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, baqgħet waħda stabbli

Żewġ persuni oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 biex issa l-għadd totali tal-vittmi tal-pandemija f'Malta tela' għal 484.

Iż-żewġ vittmi kienu żewġ nisa li għandhom 56 u 67 sena.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 1,144 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 709 persuni ġew ikkonfermati mfejqa.

Dan ifisser li bħalissa f'Malta hawn 15,065 każ attiv.

Minkejja li l-każi attivi komplew jiżdiedu, fl-aħħar 24 siegħa naqsu l-pazjenti f'Mater Dei biex issa niżlu għal 114 filwaqt li ħames pazjenti biss jinsabu rikoverati fl-ITU.

254,889 persuna issa ħadu l-booster tal-vaċċin. 

More in Politika