Imutu żewġ anzjani bil-Covid-19; Il-każi attivi jaqbżu l-1,000 iżda jonqsu l-pazjenti f'Mater Dei

Bħalissa hemm 13-il pazjent li għandu bżonn kura f'Mater Dei u minn dawn tnejn biss jinsabu fl-ITU

Żewġ anzjani li għandhom 63 u 76 sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa telgħu għal 466.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 83 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 28 pazjent.

Anke jekk il-każi attivi issa huma 1,007, is-sitwazzjoni fl-isptar tibqa' waħda stabbli.

Fil-fatt, f'Mater Dei, naqsu l-pazjenti bil-Covid-19. Bħalissa hemm 13-il pazjent li għandu bżonn kura u minn dawn tnejn biss jinsabu fl-ITU.

104,989 persuna issa ħadu wkoll il-booster tal-vaċċin. 

More in Politika