Il-Kurja tiċċara li attivitajiet esterni jibdew isiru ladarba l-awtoritajiet tas-saħħa japprovawhom

Dan fid-dawl ta' appelli biex il-Purċissjoni bil-Bambin lejliet il-Milied titħalla ssir b'indikazzjonijiet llum li fil-fatt tista' ssir...

Il-Kurja tal-Arċisqof fi stqarrija ċċarat li hi responsabbli għall-protokolli ta' attivitajiet li jsiru ġewwa l-Knejjes u postijet ta' qima reliġjuża, filwaqt li rigward ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l-purċissjonijiet tal-festi, il-Kurja tippermetti li dawn isiru meta, "kif u jekk jiġu approvati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa."

Il-Kurja qalet dan hekk kif qed jikbru l-għajtiet u l-appelli biex ċertu attivitajiet bħal purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li ssir lejliet il-Milied titħalla ssir bi protokolli relatati mal-Covid-19. Din il-purċissjoni organizzata mis-soċjetà tal-MUSEUM jattendu għaliha tfal u soċji tas-soċjetà u numru ta' ġenituri, li lkoll ikantaw innijiet tal-Milied bil-Malti- tradizzjoni li kien beda San Ġorġ Preca. 

Fil-fatt il-Ministru iktar kmieni llum indika li din tista' ssir sakemm ssegwi l-protokolli ta' attivitajiet bħal Fun Run. 

Il-Kurja qalet li  se tibqa’ fi djalogu mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

More in Politika