Il-kampanja ta’ tindif fil-widien se twassal għat-tħawwil ta’ aktar minn 1,500 siġra

Inġabru aktar minn 750 tunnellata ta’ skart

Se jitwaħlu aktar minn 1,500 siġra indiġena grazzi għall-kampaja ta’ tindif ta’ Parks Malta flimkien ma’ aktar minn 20 għaqda inklużi; Din l-Art Ħelwa, il-Girl Guides ta’ Birżebbuġa u Raniero’s Adventures. 

Din il-kampanja, li saret fl-aħħar xhur naddfu għadd ta’ widien u nġabru aktar minn 750 tunnellata ta’ skart. Parks Malta ikkommettiet li tħawwel żewġ siġriet għal kull tunnellata ta’ skart li jinġabar. Ingħaqdu wkoll numru ta’ entitajiet governattivi fosthom l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u Enemed.

Parks Malta, fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp sostenibbli, se tħawwel dawn is-siġar f’numru ta’ widien. Fl-għeluq ta’ din il-kampanja f’Wied il-Għasel, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli qalet li Parks Malta mhux biss se tkun qed tħawwel is-siġar, imma timpenja ruħha wkoll għallmanteniment tagħhom.

 

More in Politika