Baġit 2022 | Servizz ġdid tal-MRI f'Għawdex u xogħol biex kull belt u raħal ikollha berġa ġdida

Id-Deputat PM Chris Fearne jelenka l-miżuri tal-Baġit u proġetti li l-Gvern għaddej bihom fil-qasam tas-saħħa

Id-Deputat PM Chris Fearne
Id-Deputat PM Chris Fearne

F'ħarsa lejn il-miżuri baġitarji d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar illi f'Għawdex se jibda jingħata servizz ġdid tal-MRI, filwaqt li se jsir cityscanner ġdid f'San Vinċenz De Paule, hekk kif il-Gvern għaddej b'diversi proġetti f'Mater Dei u lilhinn. Fosthom Fearne jgħid li għaddej il-proġett biex jitkabbar id-Dipartiment tal-Emerġanza, kif ukoll xogħol fuq Outpatients Block ġdid li se jinżel ħames sulari, jikludi parkeġġ u anke venda għat-trasport pubbliku. 

Fearne qal li apparti xogħol fl-Isptar Ġenerali qed isir xogħol estensiv biex kull belt u raħal ikollha berġa ġdida u qal li se jkun hemm Berġa f'Ta Ġiorni, San Ġiljan, filwaqt li għaddej xogħol f'dik ta' Wied il-Għajn, se ssir berġa ġdida f'Ħal Tarxien, oħra fis-Siġġiewi u se jsiru bereġ ġodda f'Birżebbuġa u l-Marsa. Dan apparti - ifakkar Fearne - f'xogħol "estensiv" fil-berġa tal-Gżira. 

Fakkar ukoll li x-xogħol fuq iċ-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran f'Raħal Ġdid jinsab fi stadju avvanzat u qal li mis-sajf li ġej dan iċ-ċentru se jkun miftuħ għall-pazjenti u jibda joffri servizzi varji lir-resdienti ta' dawk iż-żoni  - li jinkludu wkoll il-Fgura, il-Kottonera, Ħaż-Żabbar, Ħal Tarxien u Santa Luċija - kif ukoll lil eluf ta' residenti oħrajn fin-nofsinhar tal-pajjiż. Intant il-Ministru ħabbar ukoll li s-sena d-dieħla se joħroġ tender għal ċentru simili fit-tramuntana tal-pajjiż. 

Dwar Monte Carmeli qal illi fl-aħħar jiem twaqqa' kompletament Blokk 10 li minfloku se jsir ġnien terapewtiku, filwaqt li semma' wkoll il-bini ta' Sptar Psikjatriku tas-Saħħa Mentali qrib Mater Dei li kien ukoll wegħda tal-Partit Laburista. 

Dwar diskussjonijiet ma' Stewrad Healthcare, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, qal dak li diġà kien sostna f'intervista mal-gazzetta ILLUM - jiġifieri li ddiskussjonijiet jinsabu fi stadju avvanzat. 

Intant huwa fakkar ukoll f'dawk il-mediċini kollha li se jibdew jingħataw mingħajr ħlas, hekk kif tħabbar fil-Baġit ta' nhar it-Tnejn. Dawn huma: Mediċini tal-onkoloġija li jittrattaw diversi tipi ta' kanċer - Trattament tal-osteoporożi li minnu jibbenefikaw madwar 20,000 pazjent - ediċini ġodda għat-trattament ta' mard taċ-ċirkulazzjoni li minnu jibbenefikaw madwar 7,000 pazjent - Mediċini psikjatriċi li ser jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ madwar 5,000 pazjent u jnaqqsu t-tul ta’ żmien li persuna jkollha tqatta’ l-isptar fuq kura psikjatrika - Mediċini ġodda għat-trattament tal-Fibromajalġja li minnhom jibbenefikaw madwar 2,600 benefiċjarjut-trattament tal-anafilassi li hija reazzjoni allerġika severa tant li potenzjalment tista’ tkun ta' periklu għall-ħajja, li minnu ser jibbenefikaw madwar 1,400 pazjent. Dan it-trattament ser ikun ipprovdut fi 325 skola biex jiġi amministrat lill-istudenti f’każi t’emerġenza - Trattamenti għall-pazjenti li jbatu minn mard infjammatorju - Mediċini ġodda għat-trattament tal-mard rari - Mediċini b'xejn għall-pazjenti tal-IVF.

More in Politika