Baġit 2022 | Il-Forum Unions Maltin jisħaq li l-Baġit ma jindirizzax il-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja

Laqa' inċentivi li jindirizzaw l-aspett finanzjarju ta' dawk il-familji u l-individwi li jaqilgħu l-inqas

Il-Forum Unions Maltin (For.U.M) filwaqt li laqa' l-fatt li l-Baġit 2021 jinkludi diversi inċentivi finanzjarji li jolqtu l-aktar lill-familji li jaqilgħu l-inqas, saħqet li dan ifalli milli jindirizza kwistjonijiet important li jeħtieġu l-attenzjoni bħala parti minn strateġija għal Malta li tħares fit-tul.

Insista li minkejja diversi talbiet li saru mill-imsieħba soċjali, il-Baġit ifalli milli jindirizza l-kwistjoni tal-mekkaniżmu tal-COLA, li fi kliem il-Forum ma għadux adegwat tant li wassal biex il-kumpens tal-għoli tal-ħajja jkun ta’ €1.75 u dan meta għolew ħafna prodotti essenzjali.

Fil-fatt, fl-ewwel reazzjoni għall-Baġit, il-FOR.U.M saħaq li kien qed jistenna li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja se jkun aktar. 

Insista wkoll li seta’ ingħata bonus ta’ darba biex jonqos il-piż fuq diversi pajjiżi anke għax din is-sena kienet waħda differenti minħabba l-pandemija.

Wera wkoll it-tħassib tiegħu għall-fatt li r-rata tat-taxxa għall-overtime se tonqos minn 15% għal 10% għal dawk il-ħaddiema li jaqilgħu €20,000 jew inqas.

Il-FOR.U.M saħaq li din hija miżura diskriminatorja għall-membri tiegħu u li tista’ twassal biex ikun hemm ħaddiema li jitilqu mill-post tax-xogħol tagħhom biex ifittxu impjiegi part-time ma’ stabbilimenti oħra.

Qal ukoll li kien qed jistenna aktar inċentivi u miżuri biex jinkoraġixxu aktar ħaddiema, mhux żgħażagħ biss, biex ifittxu opportunitajiet biex jitgħallmu ħiliet ġodda.

Fi kliemu, kampanji ta’ edukazzjoni u taħriġ, partikolarment f’dawk is-setturi li mhux isibu biżżejjed ħaddiema, kellhom jingħataw prijorità.

Apparti minn hekk “innota wkoll b’diżappunt” li ħafna mill-proġetti kapitali li jissemmew għal Għawdex huma proġetti minn baġits preċedenti.

Laqgħet il-fatt li t-trasport pubbliku se jkun b’xejn u li l-mod kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jkun rivedut.

More in Politika