Baġit 2022 | Il-Gvern iħabbar sistema ġdida ta' kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

'B’dak li ser inkunu qed nippreżentaw, il-konsumatur mhux ser isib ruħu b’xi kont sorpriża fl-aħħar tas-sena ...'

Wara kritika dwar żbalji fil-kontijiet li jinħarġu mill-kumpanija ARMS - inkluż mill-Partit Nazzjonalista - il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana llejla waqt id-diskors tal-Baġit għall-2022 qal illi l-Gvern se jkun qed iħabbar sistema ġdida ta' kif jinħadmu l-kontijiet. 

Permezz ta’ din is-sistema ġdida - qal Caruana - il-konsumaturi ser ikunu qed iġemmgħu l-units orħos li ma jużawx biex imbagħad ikunu jistgħu jużawhom f’perjodi fejn ikollhom konsum ogħla.

"L-istrateġija ta’ dan il-Gvern hija li nippromwovu konsum bil-għaqal, skont il-pjan nazzjonali għad-dekarbonizzazzjoni u l-mixja tagħna għal-ħajja aktar sostenibbli. B’dak li ser inkunu qed nippreżentaw, il-konsumatur mhux ser isib ruħu b’xi kont sorpriża fl-aħħar tas-sena, mhux ser ikun hemm telf fil-Feed-In Tariff, u fuq kollox, ħadd mhu ser ikun qed jitlef mill-Eco-Reduction," temm jgħid Caruana lill-Parlament.

More in Politika