Baġit 2022 | Inċentivi għal min jirrestawra proprjetajiet antiki u għal min jibni b'arkitettura Maltija

Estiża l-iskema tal-first-time buyers, second time buyers u għal min jixtri propjetà f’Għawdex

Waħda mill-aktar miżuri interessanti ta' dan il-Baġit hija mmirata biex issebbaħ ċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin.

Fil-fatt, il-Ministru ħabbar inċentivi għal dawk li:

  • Jixtru / jirranġaw proprjetajiet li ilhom mibnija għal aktar minn għoxrin sena u huma vakanti għal aktar minn seba’ snin; jew
  • jixtru / jirranġaw propjetajiet li huma f’UCA (Urban Conservation Area); u
  • għal dawk li jibnu il-propjetajiet ġodda li jinbnew bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali Maltija.

Dawn is-sidien se jkunu qed jibbenefikaw minn:

  • tneħħija tat-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-propjetà. Din il-miżura tgħodd ukoll għal min bħalissa għandu l-konvenju u għadu ma għalaqx il-kuntratt.
  • First time-buyers ta’ dawn il-propjetajiet imsemmija hawn fuq se jirċievu grant ta’ €15,000. First-time buyers li jixtru dawn it-tip ta’ propjetajiet ġewwa Għawdex se jirċievu grant bil-valur doppju jiġifieri €30,000.
  • Minn għada 12 ta’ Ottubru, dawk li se jixtru jew li diġà għandhom dawn it-tip ta’ propjetajiet se tingħata ukoll għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas sa massimu ta’ €54,000 għal fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta’ restawr u irfinar. Din se tgħodd ukoll għal min diġà xtara propjetà u għaddej bir-restawr.

Sabiex dawn il-miżuri ma jkollhomx element spekulatorju u se jiġu introddoti numru ta’ regoli fosthom li l-propjetà ma tistax tiġi diviża. Dan ifisser li minn binja waħda, persuna ma tistax tagħmel aktar minn unit wieħed, jiġifieri appartamenti differenti.

Estiża l-iskema tal-first-time buyers, second time buyers u x-xiri ta’ propjetà f’Għawdex

Il-Ministru ħabbar li għal sena oħra se jkunu estiżi l-iskemi ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-boll

  • għall-first-time buyers;
  • second time buyers; u
  • għal min jixtri propjetà f’Għawdex.

More in Politika